FAQs

X’inhu in-“New Water”?
"New Water" huwa ilma ta’ kwalita' għolja li huwa prodott meta ilma tad-drenaġġ diġa imsoffi, jerġa jgħaddi minn proċessi sofistikati biex isir ilma pur. 

X’ifisser l-użu ta’ dan l-ilma għalija?
Dan l-ilma huwa ta kwalita’ għolja ħafna iktar mill-ilma li qiegħed jittella mill-boreholes. Bih jista jitnaqqas l-użu tal-ilma tal-pjan. Jekk tuża dan l-ilma l-uċuħ li tkabbar ser ikunu isbaħ u ta’ kwalita’ ogħla. Barra minn hekk ser tieħu aktar prodott għax-xogħol li tkun għamilt. Jekk il-hamrija tieghek fiha l-imluha, din bil-mod l-mod bl-użu ta' dan l-ilma, tissaffa mil-melħ.

X'inhi l-kwalita' ta' dan l-ilma?
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) tiċċertifika li dan l-ilma jilħaq l-istandards tal-kwalita' ta' ilma reċiklat ta' Klassi A kif jidher fid-dokument fuq l-użu  ta' ilma irreċiklat għall-agrikoltura kif maħruġ mill-Jojnt Research Centre (kif  ikkumisjonta mill-Kumissjoni Ewropea). Barra minn dan, l-ilma kollu prodott u mqassam kif ukoll il-proċessi kollha involuti jiġu ttestjati f'kull stadju ġewwa l-laboratorju akkreditat fi ħdan il-Korporazzjoni. Madanakollu l-limiti tal-parametri li ġejjin huma garantiti kif inhu mniżżel hawn:

  • BOD5 < 10mg/L
  • TSS <10 mg/L
  • Turbidity <5 NTU
  • E.coli < 10 cfu/100mL jew inqas
  • Legionella < 1000 cfu/L

Barra minn hekk il-KSI tiċċekja ukoll parametri oħra li jinkludu l-imluħa (chlorides), il-konduttivita'  u l-ammont ta' TDS (Total Dissolved Solids). Valuri tipici osservati matul il-monitoragg taghna kienu

  • Chlorides < 300 mg/L
  • Conductivity < 1000 uS/cm
  • TDS < 800 mg/L

Kif nista’ napplika għal dan is-servizz?
Niżżel il-formola mis-sit tal-KSI, imliha u ħudha l-uffiċċju tal-ARMS ġewwa Gattard House il-Blata l-Bajda. Il-formola tiġi aċċettata biss kull nhar ta Tlieta u Ġimgha bejn it-8:00 u s-13:30. Mal-formola għandek tieħu t-totali tal-art li għandek f’ismek (ċertifikat tal-ARPA), kopja tal-Karta tal-Identita’ miż-żewġ naħat u kopja tal-aħħar kont tad-dawl u ilma. Hemm ħlas ta' €25.

Hemm xi data tal-gheluq sabiex tapplikka għal dan is-servizz?
Le

Hemm xi ħlas għal dan is-servizz?
€25 fis-sena u l-ilma għall-bdiewa għandhom kwota b’xejn, skont kemm ikollhom art. (Il-prezz huwa proprju ta’ €0.20 kull metru kubu, iżda l-Gvern qiegħed jissusidja dan il-prezz għall-bdiewa.)

Minn fejn nista nieħu l-ilma tan-New Water?
Bħalissa minn seba’ postijiet: 

Il-Mellieħa:

  • Wara d-Danish Village
  • Ħdejn Popeye village
  • Minn ħdejn il-Ġibjun tat-Tomna
Mġarr:
  • Ħdejn il-Banjijiet Rumani
  • Triq L-Pisani
Oħrajn:
  • Taħt il-Manikata
  • Il-Ballut (ħdejn it-trakkijiet) (Dettalji jinsabu fis-sit elettroniku)

Hemm xi limitu ta’ kemm nista’ nieħu?
Skont kemm għandek art għandek kwota ta’ ilma b’xejn. Hemm ħlas jekk jinqabeż dan l-ammont. (Il-prezz huwa proprju ta €0.20 kull metru kubu, iżda l-Gvern qiegħed jissusidja dan il-prezz għall-bdiewa. Jekk tinqabeż il-kwota, il-prezz jitla għal €0.60 kull metru kubu.)

Kif ser jitwassal dan l-ilma għall-għelieqi?
Jekk għandek l-għelieqi viċin id-dispenser tagħna tista’ tagħmel pipe, jew tikri servizz ta’ bowser. Ta’ min wieħed isemmi li l-WSC bħalissa qed taħdem biex jiżdiedu sew dawn id-dispensers.

Se jsir xi network minn fejn jitqassam dan l-ilma sa l-għalqa tiegħi?
Fin-naha ta fuq ta’ Malta qed nippjanaw numru ta’ networks, wiehed hdejn id-Danish Village, wiehed fil-Wied tal-Pwales, wiehed fil-wied ta’ Mizieb, u iehor taht l-Imgarr (Madwar 125 dispenser) Fin-naha t’isfel ser ikun hemm numru ta’ networks mifruxin mix-Xghajra sa Delimara (Madwar 200 dispenser) F’Ghawdex ser ikum hemm network ikopri minn Ghajnsielem sal-Kercem (madwar 45 dispenser)