Titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma grazzi għal Ftehim Kollettiv ġdid iffirmat mal-General Workers’ Union. Dan il-ftehim joffri stabbiltà lill-ħaddiema u jsaħħaħ l-operat tal-istess korporazzjoni.

Il-ftehim ġie ffirmat fil-preżenza tal-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli.

“Dan il-ftehim ikopri 87% tal-ħaddiema tal-korporazzjoni, li bħalissa għaddejja b’ħidma biex issaħħaħ l-operat tagħha u ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema. Biex naċċertaw stabbiltà, il-ftehim kollettiv huwa għal sitt snin, u jħares biex joħloq opportunitajiet ta’ progress fil-karriera tal-ħaddiema. Irridu ninċentivaw il-ħidma u l-isforz tal-ħaddiema,” spjegat il-Ministru Miriam Dalli.

Fost oħrajn, dan il-ftehim se jkun qed jgħin biex jintlaħaq bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik privata tal-ħaddiema.

Waqt l-iffirmar ta’ dan il-ftehim, il-Kap Eżekuttiv tal-korporazzjoni Ivan Falzon qal li dan il-ftehim kollettiv qed joffri stabbiltà lill-ħaddiema, partikolarment fiż-żmien ta’ pandemija.

Il-ftehim iffirmat jassigura diversi skali ġodda u tisħiħ tal-pakkett finanzjarju.

B’riżultat ta’ dan il-ftehim ukoll, diversi ħaddiema ser igawdu minn iktar miżuri family-friendly u teleworking fejn possibbli.

Iffirmaw dan il-ftehim iċ-Chairman tal-bord tad-Direttur tal-korporazzjoni Joseph Vella, il-Kap Eżekuttiv tal-korporazzjoni Ivan Falzon u, f’isem il-General Workers Union, is-Segretarju Kendrik Bondin u Mark McKay, President tas-Sezzjoni Entitajiet Pubbliċi.

Preżenti kien hemm ukoll Anthony Gatt, Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli, u Josef Buġeja, Segretarju Ġenerali tal-GWU.​

 

Related articles

Tkabbir tan-network tan-New Water fit-Tramuntana ta’ Malta.

 Il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli iżżur ix-xogħolijiet li qed isiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma marbuta mat-tkabbir tan-network tan-New Water fit-Tramuntana…

Read More

WSC Joins SWAN to Showcase Smart Water Thought Leadership

The Water Services Corporation has joined SWAN, the Smart Water Networks Forum, to further showcase the acceleration of smart water technologies as part…

Read More

KONSUM TAL-ILMA BIL-GĦAQAL

  Il-korporazzjoni għas- servizzi tal-ilma qed tagħmilha faċli għall-konsumaturi tagħha li jagħmlu moniteraġġ tal-użu tal-ilma fir-residenza, jew negozju tagħhom. Dan grazzi għal…

Read More

2nd Tunnel Breakthrough

Hon. Michael Farrugia Minister for Energy & Water and WSC CEO Ivan Falzon visited the 9.5 km tunnel being drilled from the…

Read More