Qatt waqaft taħseb kemm tuża ilma ta kuljum? Mit-tazza tat-te filgħodu għall-ħasil tal-karozza, għat-tisqija tal-pjanti u n-numru ta’ showers li tieħu fis-sħana qawwija tas-sajf ? Il-Konsum tal-ilma tiegħek huwa eċċessiv? Għandek idea ta’ kemm -il litru ilma qed tuża ta’ kuljum?

 

Il-korporazzjoni għas- servizzi tal-ilma qed tagħmilha faċli għall-konsumaturi tagħha li jagħmlu moniteraġġ tal-użu tal-ilma fir-residenza, jew negozju tagħhom. Dan grazzi għal sistema teknoloġika mibnija speċifikament mill-impjegati tal-Korporazzjoni fit-taqsima tal-istrategic unit. Sistema li tippermetti analiżi dettaljata tal-konsum ta’ kull residenza.

Il-medja tal-konsum tal-ilma f ’Malta hija ta’ madwar 90 litru kull persuna kuljum. Dan jik- kompara tajjeb ferm mal-kum- plament tal-Ewropa fejn il-medja hija ta’ 144 litru kull persuna ta’ kuljum. Permezz ta’ sistema intelliġenti illum kull konsumutar jista’ jkun jaf kemm qed juża ilma kull xahar, kull ġimgħa jew saħanistra kull siegħa. Din hija għodda im- portanti ħafna li tagħtik aċċess dettaljat u permezz tagħha tista’ saħansitra tkun taf jekk fir-residenza għandekx konsum ta’ ilma f ’ħiniijet meta suppost ma jkunx hemm attività, bħal ngħidu aħna matul il-lejl, meta l-familja tkun qed tistrieħ. Jekk dan huwa l-każ, allura hemm possibbiltà ta’ leak u f ’dan il-każ inti mħeġġeġ titkellem ma’ plumber tal-fiduċja tiegħek biex isiru t-tiswijiet neċessarji.

Qed noffru dan is-servizz għaliex nemmnu li b’dan il- mod, eluf ta’ Maltin se jkunu qed jiffrankaw ħafna flus f ’ħela ta’ ilma minħabba kon- sum eċċessiv li ħafna drabi lanqas ikunu konxji minnu. Leak kontinwu jaf jirriżulta f ’kont ta’ ilma ferm aktar għo- li u nemmnu li dan m’għandux ikun. F’ċirkustanzi parikolari, din il-ħsara taf tkun waħda konsiderevoli u tikkaġuna danni fil-binja jew fil-binja ta’ terzi. F’dawn il-każijiet, m’hemmx xi ngħidu, l-uġigħ ta’ ras huwa ferm akbar. Il-korporazzjoni temmen ukoll fl-importanza tal-konservazzjoni tal-ilma u għaldaqstant din hija miżura li tindirizza dan l-aspett.

Biex inkomplu niffaċilitaw dan is-servizz, qegħdin saħan- sitra ninfurmaw lill-klijenti tagħna permezz ta’ SMS meta s-sistema tindikalna possibbiltà ta’ użu eċċessiv tal-ilma. Dan sabiex wieħed ikun jista’ jieħu l-azzjoni neċessarja. U x’inhi din l-azzjoni? Fil-maġġoranza tal-każi, użu mhux normali ta’ ilma huwa riżultat ta’ flushing li ma jkunx qed jiffunzjona tajjeb jew inkella l-ball valve tat-tank tal-ilma li jista’ jkun imwaħħal. Is-sit tagħna wsc. com.mt joffrilek lista ta’ passi li għandek tieħu biex tassigura li tindividwa minn fejn hu ġej dan il-konsum eċċessiv. F’każ li jkun impossibbli għalik li test- abbilixxi l-ħsara, allura l-pass li jmiss ikun li titlob l-assistenza tal-plumber tal-fiduċja tiegħek minħabba li f ’dawn il-każijiet qed nitkellmu dwar ħsara fir-residenza (privata) u mhux ħsara fin-network li jwassal l-ilma sal-meter.

Dawk il-klijenti li ma jagħmlux użu mill-SMS se jkunu qed jirċievu ittra fir-residenza tagħhom li tinfurmahom b’dan. Mhux se nieqfu hemm, imma jekk sa xahar wara ninnutaw li għadek ma indirizzajtx il-ħsara, ser nerġgħu ninfurmawk.

Dan huwa wieħed mill-bosta servizzi li qed noffru bla ħlas, biex inti bħala konsumatur jifd- allek aktar flus f ’butek u tevita konsegwenzi mhux mixtieqa. Servizz ieħor utli bla ħlas minn fuq is-sit wsc.com.mt huwa dak ta’ notifika fejn permezz ta’ SMS tkun taf jekk hux se jkun hemm qtugħ fis-servizz tal-provvista tal-ilma minħabba tiswijiet jew ħsarat fiż-żona fejn tgħix.

Waqt li għaddejja din il-ħidma, hemm xogħol kbir ieħor għaddej ma’ Malta u Għawdex biex inkomplu ntejbu s-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma u nagħmlu l-ilma tal-vit b’togħma aħjar. Iva, l-ilma tal-vit jista’ jinxtorob però konxji li f ’ċerti nħawi t-togħma tvarja. Għal- daqstant permezz tal-proġett Towards a Net Zero-Impact utility ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea, se nkunu qed nassiguraw togħma tal-ilma tal-vit uniformi madwar Malta u Għawdex. Il-proġetti huma varji fosthom it-tħaffir ta’ mina mir-Reverse Osmosis ta’ Pembroke sa Ta’ Qali, upgrades tas-sistemi eżistenti u l-bini ta’ Reverse Osmosis għall-gżira Għawdxija. Kollha kemm huma għaddejjin b’ritmu mgħaġġel u s-sena d-dieħla nibdew naraw il-frott ta’ dan l-investiment għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Infakkar ukoll fl-importanza li tagħmlu kuntatt magħna fl-eventwalità ta’ ħsarat tal-ilma anke fit-toroq u mis- toqsijiet oħra li jista’ jkollkom. In-network tal-ilma u s-sistema tad-drenaġġ huwa wieħed kbir u kumpless. L-għajnuna tagħkom hija importanti biex ma jinħeliex ilma u tissewwa l-ħsara f ’qasir żmien. Filwaqt li nifhem l-importanza tal-midja soċjali, huwa inutli li persuna ttella’ ritratt fuq il-midja soċjali u ma tagħmilx kuntatt magħna biex tinfurmana b’dan. Huwa impossibbli li nsewgu l-posts fuq Facebook, imma huwa faċli ħafna li taqsam ir-ritratt u d-dettalji tal-każ magħna, jew permezz ta’ WSC fuq Facebook jew inkella permezz tas-sit tagħna. 

 

Waqt li għaddejja din il-ħidma, hemm xogħol kbir ieħor għaddej ma’ Malta u Għawdex biex inkomplu ntejbu s-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma u nagħmlu l-ilma tal-vit b’togħma aħjar. Iva, l-ilma tal-vit jista’ jinxtorob, però konxji li f’ċerti nħawi t-togħma tvarja

 

L-aġenti tagħna huma lesti li jisimgħukom u joffru l-assistenza li hemm bżonn. Għal aktar informazzjoni dwar il-proġetti li bħalissa qed inwettqu u biex tagħmel użu mid-diversi servizzi bla ħlas, idħol fis-sit wsc.com.mt u rreġistra permezz tal-e-id. Infakkarkom ukoll li tistgħu tagħmlu kuntatt magħna 24 siegħa kuljum fuq freephone 8007 6400.

 

Ivan Falzon
CEO – WSC

Related articles

2nd Tunnel Breakthrough

Hon. Michael Farrugia Minister for Energy & Water and WSC CEO Ivan Falzon visited the 9.5 km tunnel being drilled from the…

Read More

Watch: Ta’ Bakkja tunnels – the resting place for rain water after a 50 year process

Malta is full of tunnels that have been excavated over the years for various purposes, including the production of groundwater. The most…

Read More

Stay hydrated this summer

Stay hydrated with these 8 Infused Water recipes! These fruit and herb combinations will encourage you to drink more water. Citrus, berries,…

Read More

Malta Tops European Bathing Water Quality Report

The Water Services Corporation notes with pleasure that Malta has once again topped the ‘European Bathing Water Quality’ report, with 97.7% of…

Read More