Il-Water Services Corporation tinnota bi pjaċir li għal darb’oħra Malta ġiet l-ewwel fir-rapport “Il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawn Ewropew”. Il-Korporazzjoni tikkontribwixxi bi pjaċir lejn dan l-istandard għoli permezz tal-infrastruttura tagħha u l-isforz siewi tal-ħaddiema tagħha.

 

Karmenu Vella, il-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd iddikjara li “Ir-rapport dwar l-ilma għall-għawm ta’ din is-sena jirrifletti l-impenn qawwi u kontinwu magħmul mill-Ewropej biex jiġu salvagwardjati s-siti tal-ilma għall-għawm kostali u interni tagħna u biex jiġi żgurat li dawn is-siti jkunu jistgħu jintużaw b’mod sikur.”

Is-Sistema tad-Drenaġġ ta’ Malta f’numri
Litri ta’ Drenaġġ ittrattati kuljum 67,000,000 (67 million)
Litri ta’ Drenaġġ ittrattati kull sena 24,455,000,000 (24 billion)
KM ta’ netwerk tal-ġbir tad-drenaġġ 1,545
Stazzjonijiet tal-Ippumpjar tad-Drenaġġ 104
Impjanti tat-Trattament tad-Drenaġġ 4
Ħaddiema f’Impjanti tad-Drenaġġ 82
Ħaddiema fuq in-Netwerk tad-Drenaġġ 132

 

Minbarra l-infrastruttura diġà estensiva, il-Korporazzjoni attwalment qiegħda tniedi investiment sostanzjali parzjalment iffinanzjat mill-UE li jippermettilha tkompli teċċella fil-kompiti tagħha. Se jittejbu pajpijiet ewlenin tad-drenaġġ, se tingħata spinta lit-teknoloġija tat-trattament tad-drenaġġ bl-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, u se tiġi adattata b’mod radikali t-teknoloġija tal-monitoraġġ tal-iskariku tagħha permezz tal-użu tat-tagħmir tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku li se jkun f’pożizzjoni li jidentifika atti illegali fuq bażi awtomizzata virtwalment live.

 

Is-CEO, Richard Bilocca, iddikjara li, “Dan huwa r-riżultat tad-dedikazzjoni u l-ħila tal-ħaddiema tal-Korporazzjoni, li l-ħidma tagħhom ħafna drabi taħt l-art jew fl-impjanti tad-drenaġġ ma tkunx tidher.

 

Il-Korporazzjoni ttenni li l-infrastruttura tad-drenaġġ hija kumplessa u delikata ħafna u li din l-infrastruttura hija danneġġjata permezz tal-użu mhux xieraq tas-sistema tad-drenaġġ urbana. Huwa għalhekk importanti ħafna li skart tat-tojlit uman u karti tat-tojlit degradabbli biss jintremew fis-sistema.

 

Kwalunkwe att illegali jew problemi ssuspettati bil-kanal tad-drenaġġ jistgħu jiġu rrapportati lill-Korporazzjoni fuq Freephone: 8007 6400; Email: customercare@wsc.com.mt; Website live chat: www.wsc.com.mt; jew permezz tal-midja soċjali tagħna.

 

Ir-rapport sħiħ mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent jista’ jiġi aċċessat fuq: https://goo.gl/rN4E6G

 

Related articles

Titjib Ewlieni tal-Infrastruttura tad-Drenaġġ u espansjoni tal-Infrastruttura tan-‘New Water’

Il-Water Services Corporation tħabbar bi pjaċir li ppubblikat erba’ offerti oħra li jiffurmaw parti minn investiment ta’ diversi miljun Euro maħsub biex […]

Read More

WSC tinawgura Impjant tal-ippolixxjar tal-Ilma Ġdid f’Ras il-Ħobż

It-tieni mit-tliet impjanti tal-ippolixxjar “Ilma Ġdid” tal-WSC ġie inawgurat f’Għawdex mill-Ministru għall-Enerġija u l-Ġestjoni tal-Iskart Joe Mizzi. Impjanti tal-Ilma Ġdid jipprovdu ilma […]

Read More

Offerta ta’ Osmosi Inversa ta’ Għaxar Miljun Euro Disponibbli

Il-Water Services Corporation tħabbar bi pjaċir li ppubblikat offerta ta’ diversi miljuni ta’ Euro li tirrappreżenta investiment mingħajr preċedent fil-kwalità u s-sigurtà […]

Read More

Offerta Maħruġa għal Titjib ieħor tal-Infrastruttura tad-Drenaġġ ta’ EUR 5 Miljun

l-Water Services ippubblikat offerta oħra ta’ diversi miljuni ta’ Euro bħala parti mill-istrateġija tagħha biex ittejjeb in-netwerk tad-drenaġġ u l-infrastruttura tat-trattament ta’ […]

Read More