Il-Water Services Corporation tħabbar bi pjaċir li ppubblikat offerta ta’ diversi miljuni ta’ Euro li tirrappreżenta investiment mingħajr preċedent fil-kwalità u s-sigurtà tal-provvista tal-ilma tajjeb għax-xorb għall-Gżira t’Għawdex.

 

Dan l-investiment se jrendi l-gżira t’Għawdex kompletament awtosuffiċjenti fil-provvista tal-ilma.

 

L-impjant se jiġi installat fil-Ħondoq fuq is-sit tal-impjant tad-distillazzjoni tal-ilma baħar preċedenti li kien ġie mibni fis-snin sittin. L-impjant tar-Reverse Osmosis il-ġdid jinvolvi teknoloġija mill-aktar avvanzata u se jkun jista’ jipprovdi wkoll l-ilma lil Malta jekk dan ikun meħtieġ. L-impjant se jkollu l-potenzjal li jipproduċi 9 000 metru kubu ta’ ilma kuljum.

 

Is-CEO Richard Bilocca ddikjara li, “Dan ir-reverse osmosis se jiżgura li l-kwalità u s-sigurtà tal-provvista tal-ilma f’Għawdex se jkunu fost l-aqwa li tista’ ssib. Il-proġett huwa ġojjell fih innifsu billi mhux biss se jinkludi l-aħjar teknoloġija disponibbli iżda se jilħaq ukoll l-ogħla standards ambjentali, kemm f’termini tal-ambjent tal-madwar kif ukoll tal-effiċjenza fl-enerġija.”

 

Id-dokument sħiħ tal-offerti jista’ jiġi aċċessat fuq http://www.wsc.com.mt/tenders/ u l-offerti jagħlqu sa nofs Settembru tal-2018.

 

Dan il-proġett huwa mmexxi mill-Water Services Corporation u jista’ jiġi kofinanzjat permezz tal-fondi ta’ Koeżjoni.

 

Related articles

Malta l-ewwel fir-rapport “Il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawn Ewropew”

Il-Water Services Corporation tinnota bi pjaċir li għal darb’oħra Malta ġiet l-ewwel fir-rapport “Il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawn Ewropew”. Il-Korporazzjoni tikkontribwixxi bi pjaċir lejn […]

Read More

Titjib Ewlieni tal-Infrastruttura tad-Drenaġġ u espansjoni tal-Infrastruttura tan-‘New Water’

Il-Water Services Corporation tħabbar bi pjaċir li ppubblikat erba’ offerti oħra li jiffurmaw parti minn investiment ta’ diversi miljun Euro maħsub biex […]

Read More

WSC tinawgura Impjant tal-ippolixxjar tal-Ilma Ġdid f’Ras il-Ħobż

It-tieni mit-tliet impjanti tal-ippolixxjar “Ilma Ġdid” tal-WSC ġie inawgurat f’Għawdex mill-Ministru għall-Enerġija u l-Ġestjoni tal-Iskart Joe Mizzi. Impjanti tal-Ilma Ġdid jipprovdu ilma […]

Read More

Offerta Maħruġa għal Titjib ieħor tal-Infrastruttura tad-Drenaġġ ta’ EUR 5 Miljun

l-Water Services ippubblikat offerta oħra ta’ diversi miljuni ta’ Euro bħala parti mill-istrateġija tagħha biex ittejjeb in-netwerk tad-drenaġġ u l-infrastruttura tat-trattament ta’ […]

Read More