It-tielet u l-akbar impjant tal-ippolixxjar tal-“Ilma Ġdid” f’Ta’ Barkat limiti tax-Xgħajra ġie inawgurat mill-Ministru għall-Enerġija u l-Ġestjoni tal-Ilma Joe Mizzi matul avveniment li sar fil-Forti Rinella. Dawn l-impjanti jipprovdu ilma ta’ kwalità għolja ħafna għall-agrikoltura, l-industrija, it-tisbiħ tal-pajsaġġ u setturi oħrajn fejn mhumiex meħtieġa livelli ta’ kwalità tal-ilma tajjeb għax-xorb.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ta’ Barkat fin-Nofsinhar ta’ Malta se jipproduċi seba’ biljun litru ta’ Ilma Ġdid fis-sena permezz ta’ din is-sistema l-ġdida. Se jforni lill-bdiewa u lill-industrija fin-Nofsinhar ta’ Malta

 

L-ewwel impjant tal-Ilma Ġdid f’Iċ-Ċumnija, limiti tal-Mellieħa, ġie inawgurat f’Mejju 2017 u minn dakinhar ipprovda ilma ta’ kwalità għolja lill-bdiewa fiż-żoni tal-Mellieha, il-Manikata u l-Pwales. It-tieni impjant ġie inawgurat f’Lulju 2018 f’Ras il-Ħobż f’Għawdex biex jipprovdi ilma lill-komunità tal-biedja fil-gżira t’Għawdex.

 

Drenaġġ ittrattat mit-tliet impjanti tad-drenaġġ tal-Korporazjoni li sa issa ġie skarikat fil-baħar issa qed jiġi ppumpjat lejn impjanti tal-ippolixxjar tat-trattament terzjarju ġodda. Dawn inbnew b’fondi tal-UE u lokali ta’ EUR 20 miljun biex dan id-drenaġġ ittrattat jinġabar u jiġi trattat għal standards tal-kwalità stretti ħafna. Mikrofiltrazzjoni addizzjonali sofistikata, reverse osmosis u proċessi ta’ ossidazzjoni avvanzata jiżguraw is-sigurtà kompleta tal-prodott lest.

 

Minbarra l-fondi użati għall-kostruzzjoni tat-tliet impjanti tal-ippolixxjar, EUR 20 miljun oħra ntużaw biex dan l-Ilma Ġdid jitwassal lil żoni rurali permezz ta’ infrastruttura dedikata.

 

Il-Ministru Mizzi indirizza fil-qosor il-konferenza stampa u qal li t-teħid mill-bdiewa tal-Ilma Ġdid huwa sa issa ferm inkoraġġanti u li nkisbu gwadanni sostanzjali fir-rendiment u l-kwalità tal-prodotti lokali. Huwa żied li l-Gvern huwa determinat li jkompli jappoġġja dan is-settur vitali.

 

L-Uffiċjali Kap Eżekuttiv tal-WSC, Richard Bilocca, radd ħajr lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni li matul dawn l-aħħar xhur ħadmu bla heda biex ikunu f’pożizzjoni biex jilħqu dan l-istadju importanti ħafna. Huwa spjega wkoll li pjanijiet dettaljati biex in-netwerk tad-distribuzzjoni attwali jiġi estiż biex ikopri żoni ferm akbar fil-parti tan-Nofsinhar u tal-Lbiċ ta’ Malta qed jiġu indirizzati u li l-offerti se jinħarġu fil-ġimgħat li ġejjin.

 

Il-Water Services Corporation ħadmet fuq il-kunċett tal-provvista ta’ alternattiva vijabbli u ta’ kwalità għolja għall-astrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art għal ħafna snin. Il-frott tar-riċerka u d-disinn u l-kostruzzjoni interni mill-esperti tekniċi tal-WSC diġà qed jgħin lill-ambjent u s-sostenibbiltà tal-ilma ta’ Malta.

 

Dan il proġett huwa kofinanzjat permezz ta’ fondi tal-Koeżjoni tal-UE.

 

Related articles

Malta l-ewwel fir-rapport “Il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawn Ewropew”

Il-Water Services Corporation tinnota bi pjaċir li għal darb’oħra Malta ġiet l-ewwel fir-rapport “Il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawn Ewropew”. Il-Korporazzjoni tikkontribwixxi bi pjaċir lejn […]

Read More

Titjib Ewlieni tal-Infrastruttura tad-Drenaġġ u espansjoni tal-Infrastruttura tan-‘New Water’

Il-Water Services Corporation tħabbar bi pjaċir li ppubblikat erba’ offerti oħra li jiffurmaw parti minn investiment ta’ diversi miljun Euro maħsub biex […]

Read More

WSC tinawgura Impjant tal-ippolixxjar tal-Ilma Ġdid f’Ras il-Ħobż

It-tieni mit-tliet impjanti tal-ippolixxjar “Ilma Ġdid” tal-WSC ġie inawgurat f’Għawdex mill-Ministru għall-Enerġija u l-Ġestjoni tal-Iskart Joe Mizzi. Impjanti tal-Ilma Ġdid jipprovdu ilma […]

Read More

Offerta ta’ Osmosi Inversa ta’ Għaxar Miljun Euro Disponibbli

Il-Water Services Corporation tħabbar bi pjaċir li ppubblikat offerta ta’ diversi miljuni ta’ Euro li tirrappreżenta investiment mingħajr preċedent fil-kwalità u s-sigurtà […]

Read More