Kwalità tal-Ħajja Mtejba permezz ta’ Servizzi Aħjar.

 

Il-Water Services Corporation tħabbar b’sodisfazzjon li tat l-offerta għall-iżvilupp ta’ reverse osmosis tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku f’Għawdex u li ħarġet ukoll offerta oħra ta’ EUR 10 miljun addizzjonali biex jiġi distribwit ilma ġdid fin-Nofsinhar ta’ Malta permezz ta’ netwerk ta’ 43 km u 242 distributur awtomizzat. Iż-żewġ proġetti jiffurmaw parti mill-proġett ewlieni ta’ EUR 130 miljun tal-Korporazzjoni li huwa parzjalment finanzjat mill-Unjoni Ewropea.

 

Ir-Reverse Osmosis ta’ Għawdex ingħatat lil AST –Clean Water Technologies għal valur totali ta’ EUR 11 miljun inkluża l-VAT. AST għandha preżenza dinjija bi kwartieri ġenerali f’Iżrael. Ħadmet fuq proġetti fl-Ewropa, iċ-Ċina, l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Amerika t’Isfel, l-Afrika u postijiet oħra. Is-soluzzjonijiet tagħha huma appoġġjati wkoll minn kooperazzjoni multinazzjonali ta’ ċentri tar-R&Ż ibbażati f’Iżrael, l-Ewropa u l-Istati Uniti tal-Amerika.

 

Il-proġett t’Għawdex irċieva l-approvazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar fis-27 ta’ Settembru 2018 u x-xogħlijiet se jibdew kemm jista’ jkun malajr wara li jiġu ffirmati l-kuntratti meħtieġa fil-ġimgħat li ġejjin. Ir-Reverse Osmosis se jkollha l-kapaċità li tipproduċi 9 000 metru kubu ta’ ilma ta’ kwalità għolja frisk kuljum. S’issa, Għawdex iddependa b’mod predominanti fuq l-Ilma ta’ taħt l-Art u fuq pipeline sottomarin minn Malta. Dan l-investiment se joffri lill-gżira t’Għawdex provvista sikura, kwalità mtejba drastikament, filwaqt li jiżgura s-sostenibbiltà tal-wiċċ tal-ilma ta’ taħt l-art tal-gżira. L-impjant jilħaq livelli ta’ effiċjenza impressjonanti bl-użu ta’ sempliċement 3.1 kwh kull metru kubu prodott bi spiża tal-produzzjoni ta’ madwar EUR 0.40c.

 

 

Is-CEO, Richard Bilocca spjega kif permezz ta’ dan l-investiment ta’ EUR 11 miljun, “il-provvista tal-ilma f’Għawdex tkun l-aħjar waħda, f’termini ta’ kwalità; sigurtà; effiċjenza; u sostenibbiltà. Mill-ewwel ġurnata, mat-tlestija, l-Għawdxin, u n-numru dejjem jiżdied ta’ viżitaturi għall-Gżira t’Għawdex se jibdew jibbenefikaw minn servizz imtejjeb”. Huwa radd ħajr ukoll lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni għax-xogħol bla waqfien tagħhom, parti mill-proġett globali tal-WSC fuq 200 offerta qed jitħejjew b’aktar minn nofshom diġà aġġudikati.

 

 

 

Link importanti oħra f’dan il-proġett komprensiv hija d-distribuzzjoni tal-Ilma Ġdid. Il-Korporazzjoni għandha tliet impjanti li qed jirriċiklaw l-ilma sa kwalità eċċezzjonali u jiddireġuh għal użu agrikolu. Tnejn minn dawn l-impjanti ġew inawgurati f’dawn l-aħħar xhur u dawn issa qed jiġu komplementati minn netwerk aktar robust u intensiv. Għadha kemm inħarġet sejħa għall-offerta li hija proġettata li tinkorpora investiment ta’ aktar minn EUR 10 miljun u din se tipprovdi konnessjonijiet solidi f’għadd ta’ żoni inklużi partijiet tax-Xgħajra, Żabbar, Kalkara, M’Skala, Żejtun u M’Xlokk.

 

Il-Water Services Corporation ħadmet fuq il-kunċett tal-provvista ta’ alternattiva vijabbli u ta’ kwalità għolja għall-astrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art għal ħafna snin. Il-frott tar-riċerka kollha u d-disinn u l-kostruzzjoni interni mill-esperti tekniċi tal-WSC diġà qed jgħin u se jkompli jgħin lill-ambjent u s-sostenibbiltà tal-ilma ta’ Malta, filwaqt li fl-istess ħin jagħti nifs ġdid lill-komunità agrikola.

 

 

 

https://scontent.fmla2-1.fna.fbcdn.net/v/t1.0-9/42770251_2077461082272189_6618114204463267840_o.png?_nc_cat=105&oh=d7a41c245b2f463aa6af77c256ec6c12&oe=5C1FB338

 

Related articles

Malta l-ewwel fir-rapport “Il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawn Ewropew”

Il-Water Services Corporation tinnota bi pjaċir li għal darb’oħra Malta ġiet l-ewwel fir-rapport “Il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawn Ewropew”. Il-Korporazzjoni tikkontribwixxi bi pjaċir lejn […]

Read More

Titjib Ewlieni tal-Infrastruttura tad-Drenaġġ u espansjoni tal-Infrastruttura tan-‘New Water’

Il-Water Services Corporation tħabbar bi pjaċir li ppubblikat erba’ offerti oħra li jiffurmaw parti minn investiment ta’ diversi miljun Euro maħsub biex […]

Read More

WSC tinawgura Impjant tal-ippolixxjar tal-Ilma Ġdid f’Ras il-Ħobż

It-tieni mit-tliet impjanti tal-ippolixxjar “Ilma Ġdid” tal-WSC ġie inawgurat f’Għawdex mill-Ministru għall-Enerġija u l-Ġestjoni tal-Iskart Joe Mizzi. Impjanti tal-Ilma Ġdid jipprovdu ilma […]

Read More

Offerta ta’ Osmosi Inversa ta’ Għaxar Miljun Euro Disponibbli

Il-Water Services Corporation tħabbar bi pjaċir li ppubblikat offerta ta’ diversi miljuni ta’ Euro li tirrappreżenta investiment mingħajr preċedent fil-kwalità u s-sigurtà […]

Read More