Minn indikazzjoni li għandna, permezz ta’ monitoraġġ awtomatiku li aħna nagħmlu, jidher li fuq s-servizz tal-meter indikat qed iseħħ konsum ta’ ilma kontinwu u għaldaqstant possibilita’ ta’ ‘leak’ interna, wara l-meter
Jekk int konxju minn dan il-konsum m’hemmx għalfejn tallarma ruħek. Minn naħa l-ohra, mhux qed neskludu li jista’ jkun hemm xi ħsara fis-sistema interna tiegħek li qed tikkawża ħela ta’ ilma mingħajr ma taf.
Nissuġerixxu li tittieħed azzjoni immedjata u effettiva sabiex tevita spejjez żejda fuq il-konsum. Il-problemi jistgħu jkunu ġejjin minn sistemi ta’ flushings diffettużi, jew problemi fit-tank ta’ fuq il-bejt, jew ilma ħiereġ minn xi kanna mirduma x’imkien fil-propjetà tiegħek.
Il-parir tagħna hu li ġġib plumber privat li kapaċi jsib u jsewwi l-ħsara.
Dan il-fuljett jispjega kif tiċċekkja jekk għandekx leak f’ħames passi sempliċi u x’għandek tagħmel jekk issib wieħed.
Tista tara l-konsum tal-ilma fil-propjeta tiegħek billi l-persuna li fuqha hija registrata l-propjeta tirregistra fuq https://live.wsc.com.mt/publicweb u tagħfas fuq alerts.
Nieħdu l-okkażjoni biex infakkruk li hija r-responsabbiltà tal-konsumatur li jieħu ħsieb il-konsum tal-ilma tiegħu, u din in-notifika hija biss biex tgħinek f’każ li ma tirrealizzax li hemm konsum kontinwu ta’ ilma.
F’każ li għandek bzonn tagħmel kuntatt magħna tista’ tagħmel dan fuq in-numru tal-freephone 80076400.
As part of Water Services Corporation’s strategy to improve its customer service and to curb potential water losses we are sending you this letter to draw your attention that through our regular automated monitoring, we have an indication that recently there has been a continuous water consumption at your premises.
This may be due to water consumption, which you may be aware of, so in that case, you do not need to be alarmed. However, the possibility of faults in your internal plumbing system that is allowing water to leak without your knowledge cannot be excluded.
In the case of an internal leak, our advice is to take immediate and effective corrective action to avoid any high billing. Internal leakages generally arise in faulty flushing systems, or from the roof tank, or even from sections in the internal plumbing network that may lay buried within your property. Our advice is that you commission a private plumber who is capable of locating and repairing the leak.
This leaflet explains how to check for leaks in five easy steps and what to do if you find one.
You can view the water consumption on your property by registering for free at https://live.wsc.com.mt/publicweb and click on alerts.
We take the opportunity to remind you that it is ultimately the responsibility of the customer to take care of his water consumption, and this letter is just to help you in case you did not realize there is continuous water consumption.
In case of enquiries, you may please make further contact with us on our freephone number 80076400.