Titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma grazzi għal Ftehim Kollettiv ġdid iffirmat mal-General Workers’ Union. Dan il-ftehim joffri stabbiltà lill-ħaddiema u jsaħħaħ l-operat tal-istess korporazzjoni.

Il-ftehim ġie ffirmat fil-preżenza tal-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli.

“Dan il-ftehim ikopri 87% tal-ħaddiema tal-korporazzjoni, li bħalissa għaddejja b’ħidma biex issaħħaħ l-operat tagħha u ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema. Biex naċċertaw stabbiltà, il-ftehim kollettiv huwa għal sitt snin, u jħares biex joħloq opportunitajiet ta’ progress fil-karriera tal-ħaddiema. Irridu ninċentivaw il-ħidma u l-isforz tal-ħaddiema,” spjegat il-Ministru Miriam Dalli.

Fost oħrajn, dan il-ftehim se jkun qed jgħin biex jintlaħaq bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik privata tal-ħaddiema.

Waqt l-iffirmar ta’ dan il-ftehim, il-Kap Eżekuttiv tal-korporazzjoni Ivan Falzon qal li dan il-ftehim kollettiv qed joffri stabbiltà lill-ħaddiema, partikolarment fiż-żmien ta’ pandemija.

Il-ftehim iffirmat jassigura diversi skali ġodda u tisħiħ tal-pakkett finanzjarju.

B’riżultat ta’ dan il-ftehim ukoll, diversi ħaddiema ser igawdu minn iktar miżuri family-friendly u teleworking fejn possibbli.

Iffirmaw dan il-ftehim iċ-Chairman tal-bord tad-Direttur tal-korporazzjoni Joseph Vella, il-Kap Eżekuttiv tal-korporazzjoni Ivan Falzon u, f’isem il-General Workers Union, is-Segretarju Kendrik Bondin u Mark McKay, President tas-Sezzjoni Entitajiet Pubbliċi.

Preżenti kien hemm ukoll Anthony Gatt, Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli, u Josef Buġeja, Segretarju Ġenerali tal-GWU.​

​

 

Related articles

St Paul’s Tank filled for the first time as €2.5 million project advances

Rehabilitation project will double reserve water capacity in the north of Malta Water has begun flowing into the rehabilitated St Paul’s Tank […]

Read More

WSC issues EU funded tender for new reverse osmosis plant at Pembroke

The Water Services Corporation (WSC) has issued an EU funded tender for the design, supply, installation, commissioning and hand-over of a new […]

Read More

WSC issues €35 million tender for new Għar Lapsi reverse osmosis plant

The Water Services Corporation (WSC) has issued a public tender for a new reverse osmosis plant at Għar Lapsi, as part of […]

Read More

Pannelli Bla Bejt

 Pannelli Bla Bejt: 4,000 solar panels to be installed, opening renewable investment to families without rooftops   Pannelli bla Bejt, a participatory […]

Read More