- Introduzzjoni
Fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (minn issa ‘l quddiem riferuta bħala ‘KSI’) nikkommettu ruħna li nirrispettaw il-privatezza tiegħek.
Dan l-Avviż ipoġġi l-bażi li fuqha kwalunkwe informazzjoni personali li niġbru mingħandek, jew li int tipprovdilna, tkun proċessata min-naħa tagħna. Ġentilment nitolbuk taqra tajjeb dan li ġej biex tifhem il-veduti u l-prattiċi tagħna fir-rigward tal-informazzjoni personali dwarek u kif se nkunu qegħdin nitrattawha.
Kwalunkwe tibdil li nistgħu nagħmlu fl-Avviż dwar il-Privatezza tagħna jkun fuq din il-paġna. Kontinwament se nkunu qegħdin nirrevedu u naġġornaw dan l-Avviż dwar il-Privatezza biex ikun jirrifletti tibdiliet fis-servizzi tagħna kif ukoll biex jikkonforma ma’ tibdiliet fil-Liġijiet dwar il-Privatezza tad-Data. Għalhekk ninkoraġġuk biex tara dan l-Avviż fuq bażi regolari.
Dan l-Avviż huwa datat 22 ta’ Novembru 2019
2. Min aħna?
Għal skopijiet legali, il-Kontrollur tad-Data hija l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Il-Korporazzjoni kienet ġiet stabbilita taħt Kapitlu 355 tal-Liġijiet ta’ Malta biex teżerċita funzjonijiet relatati mal-akkwist, trasformazzjoni, manifattura, distribuzzjoni u bejgħ ta’ ilma tajjeb/mhux tajjeb għax-xorb, u, kif adekwat, għat-trattament u rimi jew użu mill-ġdid ta’ drenaġġ u ilma mormi, u użu mill-ġdid ta’ ilma tax-xita, biex tipprovdi għat-trasferiment lill-Korporazzjoni ta’ ċerti installazzjonijiet, apparat jew proprjetà oħra, u biex tagħmel provediment għal materji anċillari għal dan jew konnessi miegħu.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma appuntat lil Automated Revenue Management Services Limited (“ARMS”), kumpanija mwaqqfa skont il‑liġijiet ta’ Malta, bin‑numru ta’ reġistrazzjoni C 46054 u bl‑indirizz reġistrat, Gattard House, Triq Nazzjonali, Il‑Blata l‑Bajda, ĦMR 9010, bħala proċessur tal-informazzjoni dwarek personali bl‑għan li tipprovdi l‑qari tal‑arloġġi, iż‑żamma tal‑kontijiet, għas‑servizzi tal‑ġbir ta’ pagamenti u funzjonijiet oħra anċillari ma’ tali servizzi. Bħala proċessur tagħna, ARMS tipproċessa biss l-informazzjoni personali dwarek għan‑nom tagħna u fuq l‑istruzzjonijiet tagħna. ARMS tista’ tiġi kkuntattjata fuq l‑indirizz indikat hawn fuq jew permezz tal‑email customercare@arms.com.mt jew bit‑telefown fuq 8007 2222.
3. Għal min japplika dan l-Avviż ta’ Privatezza?
Dan l-Avviż jirrelata għal ġbir u użu ta’ informazzjoni personali ta’ individwi, negozjanti waħdenin u individwi li huma fi sħubija ta’ negozji. Ma tapplikax għal informazzjoni li niġbru jew nużaw b’konnessjoni ma’ kumpaniji jew organizzazzjonijiet oħrajn. Huwa intenzjonat li dan l-Avviż ta’ Privatezza japplika għal dawn li ġejjin:
- dawk li jżuru, jew jużaw, dan is-sit elettroniku;
- klijenti eżistenti, potenzjali jew preċedenti u dawk li jaġixxu f’isimhom; u
- fornituri ta’ servizzi u negozji
4. Kif niġbru l-informazzjoni personali?
Bħala fornitur ta’ servizz ta’ utilità, niġbru regolarment informazzjoni personali bħala parti mill-obbligazzjonijiet ta’ servizz u legali tagħna. Aħna tipikament niġbru informazzjoni:
- Permezz ta’ formoli ta’ applikazzjoni mimlijin u sottomessi lilna jew lil ARMS;
- Permezz tas-sit elettroniku tal-entità u dik ta’ ARMS;
- Permezz ta’ telefonati/emails/żjarat li jidħlu fid-Dipartiment tas-Servizzi għall-Konsumatur operat minn
Ġeneralment, int tkun ipprovdejtilna l-informazzjoni dwarek, direttament jew permezz tal-proċessur tagħna ARMS.
Nistgħu niġbru l-informazzjoni personali tiegħek minn kwalunkwe ħaġa li tkun provdejtilna fuq is-sit elettroniku tagħna www.wsc.com.mt bħalma hu rappurtar ta’ kwistjoni/rapport ta’ klijent u billi tissottoskrivi mas-sistema ta’ alert minn SMS biex tirċievi avviżi dwar interruzzjoni fis-servizzi tal-ilma; telefonati; b’ittra; b’ittra elettronika; fuq is-servizz tagħna LiveChat; jew permezz tal-midja soċjali bħal Twitter u Facebook. Nistgħu nagħmlu aċċess għal informazzjoni dwarek li tkun diġà fid-dominju pubbliku.
Barra minn hekk, ġentilment innota li telefonati li jaslu għand is-Servizz għall-Konsumatur jiġu rikordjati. Telefonati rikordjata normalment jinżammu għal żmien speċifiku u mbagħad jitneħħew awtomatikament.
Xi telefonati rekordjati jistgħu jinżammu għal żmien itwal għar-raġunijiet li ġejjin:
- Jekk ikun hemm bżonn għal xi lment f’dan il-każ it-telefonata rekordjata tinżamm sakemm jintemmu l-proċeduri konnessi mal-ilment inkluż l-IDPC u wara li jiskadi t-terminu ta’ kwalunke appell. Jekk ikun hemm bżonn it-telefonata rekordjata tinżamm sakemm jintemmu kwalunkwe proċeduri fil-Qorti;
- Jekk il-Management tal-KSI jidentifika telefonati rekordjati bħala ta’ valur għal taħriġ ta’ ħaddiema. F’dan il-każ kwalunkwe telefonata rekordjata li tidentifika lill-persuna għandha titneħħa (jew ikollha l-ħoss tal-beep fuqha) u tinżamm sakemm ma tibqgħax aktar ta’ ħtieġa għal dan l-iskop; u
- Jekk il-KSI tiddeċiedi li biex teżerċita u tiddefendi talbiet legali telefonati rekordjati bħal dawn jistgħu jkunu ta’ ħtieġa bħala evidenza.
Fuq is-siti tagħna nużaw ukoll cameras tas-CCTV li jistgħu jaqbdu immaġni ta’ persuni u informazzjoni ta’ identifikazzjoni ta’ vetturi bħalma huma l-pjanċi tan-numru, u dan għal raġunijiet ta’ sigurtà.
Niġbru wkoll informazzjoni personali mogħtija lilna jekk niltaqgħu miegħek personali, per eżempju waqt żjara f’darek, sit tax-xogħol jew post tan-negozju jew jekk tiġi f’xi wieħed mis-siti tagħna.
Barra minn hekk nistgħu niġbru informazzjoni personali dwarek mingħand terzi inkluż:
- Individwi li jkollhom permess jikkuntattjawna f’ismek;
- Residenti ġodda ta’ indirizz li jkun diġà għandna, aġenti ta’ bejgħ/kiri jew avukati li jkunu qegħdin jidhru f’ismek jew xi resident ġdid ta’ indirizz li jkun diġà għandna, per eżempju, fejn se tkun tmur toqgħod u t-terz jipprovdi indirizz (bil- jew mingħajr il-permess tiegħek);
- Sid il-kera tal-indirizz tiegħek fejn jitwassal is-servizz;
- Ir-regolaturi tagħna;
- Awtoritajiet pubbliċi u aġenziji li naħdmu magħhom b’konnessjoni mal-provivista ta’ servizzi ta’ ilma u drenaġġ, bħalma huma l-kunsilli lokali.
5. Liema informazzjoni personali nipproċessaw?
Nistgħu niġbru u nipproċessaw l-informazzjoni personali dwarek li ġejja:
- Identifikazzjoni u kuntatt ta’ informazzjoni: din tkun tinkludi it-titlu li jkollok; isem u dettalji ta’ kuntatt bħalma huwa l-indirizz elettroniku tiegħek u n-numru tat-telefon ċellulari
- Informazzjoni dwar il-kont tiegħek bħala klijent: din tkun tinkludi l-indirizz ta’ fejn hemm is-servizz, l-indirizz għal korrispondenza, indirizz ta’ fejn jintbagħat il-kont, in-numru tal-arloġġ tal-ilma u l-użu ta’ ilma, u informazzjoni meħtieġa biex ikun stmat kemm jintuża ilma
- Informazzjoni dwar ħlas: din tkun tinkludi rekord ta’ transazzjonijiet ta’ ħlasijiet li jkunu saru b’konnessjoni mal-kont tiegħek bħala klijent u dettalji dwar il-kont bankarju tiegħek, jew kreditu jew karta ta’ debitu biex tkun tista’ tipproċessa ħlasijiet jew tagħmel ħlas dirett
- Tipprovdi informazzjoni dwar in-network: dan ifisser informazzjoni relatata mal-indirizz ta’ fejn hemm is-servizz ta’ provvista li hija neċessarja għall-provvista ta’ servizzi ta’ ilma u drenaġġ bħalma hija data tal-konsum u l-lokazzjoni tal-infrastruttura fuq il-post jew qrib l-indirizz ta’ fejn ikun hemm is-servizz u l-istorja dwar il-manutenzjoni u tiswija.
- Informazzjoni li tkun waslet minn u provduta lil aġenziji jew awtoritajiet għaż-żamma tal-ordni: dan ifisser informazzjoni biex tgħin fil-prevenzjoni, sejbien, żamma u prosekuzzjoni ta’ attività kriminali.
- Intraċċar ta’ informazzjoni fuq is-sit elettroniku: dan ifisser dettalji ta’ transazzjonijiet li tagħmel permezz tas-sit elettroniku tagħna u dettalji taż-żjarat tiegħek lis-sit elettroniku tagħna. Aktar dettalji qegħdin fit-taqsima intitolata “Avviż ta’ Privatezza tas-Sit Elettroniku u Cookies”.
- Informazzjoni fi stħarriġ: din tfisser informazzjoni li tkun provdejt bħala parti mill-klijenti jew minn partijiet interessati.
- Informazzjoni dwar preferenza: din tfisser kwalunkwe preferenzi li tkun provdejtilna dwar jekk tixtieqx jew le li tirċievi informazzjoni dwar offerti u informazzjoni li tista’ tkun ta’ interess għalik.
- Dikjarazzjoni notarili, kuntratt/att ta’ bejgħ jew dokument simili li jindika pussess jew titlu tal-proprjetà li lilha jkun jirreferi s-servizz tal-ilma.
6. Kif nużaw l-informazzjoni personali dwarek?
Irrispettivament minn kif inkunu ġbarna l‑informazzjoni personali dwarek, nipproċessaw tali informazzjoni għal finijiet ta’ provvista tas‑servizzi tal-elettriku u tal‑ilma lilek u għal skopijiet li huma relatati magħhom, li jinkludu kull obbligazzjoni legali imposta fuqna.
Ġeneralment, waqt li nkunu qegħdin nipprovdulek is‑servizz, id‑data personali dwarek tiġi pproċessata għal dan li ġej:
- Investigazzjonijiet dwar ħsarat u tiswijiet;
- Immaniġġjar ta’ mistoqsijiet, talbiet u ilmenti;
- Spezzjonijiet ta’ rutina;
- Immaniġġjar u amministrar ta’ kontijiet tal-klijenti;
- Proċessar ta’ ħlasijiet;
- Skopijiet ta’ verifika;
- Ġbir ta’ ħlasijiet u rkuprar ta’ djun;
- Trattar dwar tqabbid ġdid man-network tagħna;
- Edukazzjoni pubblika fuq materji li jaffettwaw s-servizzi regolati tagħna (bħalma huma l-effiċjenza tal-ilma u t-telf ta’ ilma);
- Taħriġ intern;
- Riċerka u analiżi ta’ statistika għal materji li jaffettwaw s-servizzi regolati tagħna;
- Immaniġġjar ta’ talbiet legali;
- Tweġib ta’ talbiet għal informazzjoni;
- Widen għal u indirizzar ta’ tħassib;
- Titjib/aġġornar tas-servizz provdut;
- Qari ta’ arloġġi u ħruġ ta’ kontijiet;
- Talbiet għal servizz temporanju;
- Notifiki dwar interruzzjonijiet;
- Investigazzjonijiet ta’ talbiet;
- Serq u frodi
7. Legalità tal-proċess
Aħna nipproċessaw id‑data personali dwarek fuq bażijiet ta’ legalità tal-ipproċessar imsemmijin hawn taħt:
- Dħul f’kuntratt u l-eżekuzzjoni tiegħu – b’mod partikolari biex nipprovdulek is‑servizzi li tixtieq mingħandna. Jekk ma nipproċessawx abbażi ta’ din il‑bażi jkun ifisser li ma nkunux nistgħu nonoraw il‑kuntratt tagħna miegħek,
- L-interessi leġittimi tagħna – partikolarment interessi leġittimi li jistgħu jinqalgħu direttament jew indirettament relatati mas-servizzi provduti. Meta nipproċessaw l-informazzjoni personali dwarek fuq il-bażi ta’ interessi leġittimi tagħna jew ta’ terzi, niżguraw li l-interessi, drittijiet u libertajiet tiegħek ma jiġux preġudikati.
- Konformità mal‑obbligi legali imposti fuqna – b’mod partikolari minħabba obbligi imposti fuqna bħala riżultat tal‑provvista lilek tas‑servizzi tal‑ilma u tal‑elettriku,
- Kunsens – meta int ipprovdejt l-kunsens espliċitu tiegħek rigward proċessar speċifiku tal-informazzjoni personali dwarek; u
- L-eżekuzzjoni ta’ xogħol imwettaq fl-interess pubbliku, meqjus li aħna nipproċessaw l-informazzjoni personali tiegħek bl-iskop li nipprovdu ilma f’Malta
Fuq il‑bażi tal‑interessi leġittimi tagħna jew konformità ma’ obbligi legali, kif applikabbli, nistgħu wkoll nipproċessaw l-informazzjoni personali dwarek bl‑għan li nistabbilixxu, neżerċitaw jew niddefendu proċeduri ġudizzjarji.
Aħna nassiguraw li jkollna raġunijiet validi u addizzjonali, għall‑ipproċessar tal-informazzjoni personali dwarek f’każ li niġu affaċċjati bl‑ipproċessar ta’ informazzjoni li tiġi kklassifikata bħala kategorija speċjali. Ta’ min jinnota li kategoriji speċjali tal-informazzjoni personali jinkludu informazzjoni li tiżvela l‑oriġini ta’ razza jew etniċità tiegħek, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija fi trade unions, informazzjoni ġenetika, bijometrika jew ta’ saħħa, orjentazzjoni sesswali u informazzjoni rigward kundanni kriminali u reati jew miżuri ta’ sigurtà relatati. L‑ipproċessar ta’ kategoriji speċjali tal-informazzjoni personali dwarek mhux previst sakemm ma jkollniex raġuni sabiex nibdew/nistitwixxu proċedimenti jew investigazzjonijiet fir‑rigward tas‑serq tas‑servizzi tagħna.
8. Min se jara l-informazzjoni personali dwarek?
Ir-riċevituri tal-informazzjoni personali dwarek huma:
- l-impjegati tagħna jew individwi magħżulin fi ħdan il-KSI, fuq il-bażi ta’ bżonn li jkun magħruf jew bħala riżultat tad-doveri tagħhom fi ħdan il-KSI jew kwalunkwe entitajiet assoċjati jew relatati;
- kwalunkwe fornituri ta’ servizzi li jista’ jkollhom aċċess għall-informazzjoni personali dwarek waqt li jirrenduna bis-servizzi tagħhom, inklużi fornituri tas-servizzi tal-IT;
- terzi li jista’ jkun meħtieġ niżvelaw l-informazzjoni magħhom b’riżultat tar-relazzjoni tagħna miegħek bħala klijent tagħna;
- terzi li jista’ jkun meħtieġ niżvelaw l-informazzjoni magħhom b’riżultat ta’ obbligazzjonijiet legali imposti fuqna; u
- proċessuri awtorizzati u kwalunkwe sub-proċessuri li f’isimna jipproċessaw l-informazzjoni personali dwarek u għall-istess skopijiet kif indikati
Aħna membri (‘Membru’) tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ġestjoni tal-Kreditu (‘MACM’). Jekk int bħala klijent tagħna tikser il-kuntratt ta’ bejnietna, il-Membru għandu d-dritt jgħaddi l-informazzjoni personali dwarek lill-MACM kif ukoll lil kwalunkwe entità legali terza.
F’każ li l‑informazzjoni personali dwarek tiġi żvelata lill-MACM, din, bħala aġenzija ta’ referenza tal‑kreditu, għandha titqies bħala Kontrollur tal‑informazzjoni personali li hi tipproċessa fis‑sistemi tagħha, għall‑finijiet tal‑interessi leġittimi tagħha, fosthom li tippromwovi prattiċi responsabbli ta’ self. Għal aktar informazzjoni, int ġentilment mitlub/a li żżur is‑sit elettroniku https://www.macm.org.mt/dataprotection. Għal mistoqsijiet relatati mal‑protezzjoni informazzjoni personali minn MACM, tista’ tikkuntattja l‑Uffiċjal tal‑Protezzjoni tad‑Data tal‑MACM fuq l-email dataprotectionofficer@macm.org.mt.
Aħna ma niżvelawx l-informazzjoni personali dwarek ma’ entitajiet li huma barra mill-Unjoni Ewropea jew miż-Żona Ekonomika Ewropea sakemm ma jkunx meħtieġ isir hekk bil-liġi.
9. Teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzati, inkluż tfassil ta’ profili
L-informazzjoni personali dwarek ma tintużax għal kwalunkwe deċiżjoni meħuda biss fuq il-bażi ta’ proċessi awtomatizzati, inkluz tfassil ta’ profili.
Fl-interess ta’ trasparenza, innota li aħna nużaw sistemi li jistgħu joħolqu profil tiegħek kif meqjus meħtieġ għat-twettiq ta’ jew biex nidħlu f’kuntratt miegħek u biex nikkomformaw mal-obbligi legali tagħna. Nużaw sistemi bħal dawn biex insegwu l-konsum tiegħek ta’ ilma u elettriku u biex nassiguraw li tingħata servizz ta’ kwalità. Dawn is-sistemi jistgħu jintużaw ukoll sabiex jiġi identifikat konsum mhux normali tal-ilma jew tal-elettriku. L-ebda deċiżjoni awtomatizzata m’hi se tirriżulta mill-użu tagħna ta’ dawn is-sistemi.
10. Żamma ta’ informazzjoni
Inżommu l-informazzjoni personali dwarek għall‑perjodu biss li matulu aħna legalment nistgħu nagħmlu dan. Mid‑data tal‑iskadenza ’l quddiem, l-informazzjoni personali dwarek tinqered immedjatament u b’mod irrevokabbli. Bħala riżultat tal‑obbligi legali imposti fuqna, normalment inżommu l-informazzjoni personali dwarek sa għaxar (10) snin mid‑data tal‑għeluq tal‑fajl tiegħek mil‑liema data inti ma tibqax klijent tagħna.
Jista’ jkollna interess leġittimu li nżommu l-informazzjoni personali tiegħek għal perjodi itwal bħal meta l-informazzjoni personali tiegħek hija meħtieġa għall‑eżerċizzju jew għad‑difiża ta’ pretensjonijiet legali.
11. Id-drittijiet tiegħek
Sakemm inżommu l-informazzjoni personali dwarek, inti għandek ċerti drittijiet fir-rigward tal-informazzjoni personali dwarek inkluż:
- Id-dritt ta’ aċċess – għandek id-dritt li taċċerta l-informazzjoni personali dwarek li aħna inżommu u li tirċievi kopja ta’ din l-informazzjoni personali dwarek;
- Id-dritt għal tħassir – f’ċerti ċirkostanzi tista’ titlobna nħassru l-informazzjoni personali li għandna dwarek;
- Id‑dritt ta’ oġġezzjoni – għandek id‑dritt li toġġezzjona u li titlob li nwaqqfu l‑ipproċessar tal-informazzjoni personali dwarek fejn aħna niddependu fuq l‑interessi leġittimi tagħna jew ta’ terzi għall‑ipproċessar tal-informazzjoni personali dwarek jew ta’ kompitu mwettaq fl‑interess pubbliku;
- Id‑dritt għall‑portabbilità – tista’ titlob li aħna nipprovdulek ċerta informazzjoni personali dwarek li stajt għaddejtilna f’format strutturat, li huwa komuni u li jista’ jinqara minn magna. Fejn teknikament fattibbli, tista’ wkoll titlob li nittrasmettu tali informazzjoni personali dwarek lill‑kontrollur ta’ terzi indikat minnek;
- Id‑dritt għal rettifika – għandek id‑dritt li taġġorna jew tikkoreġi kwalunkwe informazzjoni personali dwarek li aħna nżommu u li mhix preċiża;
- Id‑dritt għal restrizzjoni – għandek id‑dritt li titlob li nwaqqfu l‑użu tad‑informazzjoni personali dwarek f’ċerti ċirkostanzi inkluż jekk inti temmen li aħna qed nipproċessawha illegalment jew jekk l-informazzjoni personali dwarek li għandna mhix preċiża;
- Id‑dritt li tirtira l‑kunsens tiegħek – fejn l‑ipproċessar tagħna huwa bbażat fuq il‑kunsens tiegħek, għandek id‑dritt li tirtira l‑kunsens tiegħek. L‑irtirar tal‑kunsens tiegħek m’għandux jaffettwa l‑legalità tal‑ipproċessar ibbażat fuq il‑kunsens tiegħek qabel l‑irtirar tal‑kunsens tiegħek;
- Id‑dritt li tkun infurmat dwar is‑sors – fejn l-informazzjoni personali dwarek li għandna ma ġietx ipprovduta lilna direttament minnek, jista’ jkollok ukoll id‑dritt li tkun infurmat dwar is‑sors li minnu toriġina l-informazzjoni personali dwarek; u
- Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju disponibbli, inkluż id-dritt li tagħmel ilment ma’ awtorità ta’ superviżjoni, għandu jkollok id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fejn tikkonsidra li kienu miksurin id-drittijiet tiegħek bħala riżultat tal-ipproċessar tal-informazzjoni personali dwarek bi ksur tar-Regolament.
Id-drittijiet tiegħek fir-rigward tal-informazzjoni personali dwarek mhumiex assoluti. Jekk għandek l-intenzjoni li teżerċita dritt jew drittijiet tiegħek, għandek tavviċina lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ ARMS Ltd li min-naħa tagħha, fejn applikabbli, tgħaddi t-talba tiegħek f’ismek lill-KSI.
Tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek fir-rigward ta’ u kontra l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u/jew ARMS Ltd bħala proċessuri. Fl-aħħar każ, ARMS Ltd, mingħajr dewmien bla bżonn tinforma lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, skont x’ikun il-każ. L-aċċess għall-informazzjoni personali dwarek (jew biex teżerċita kwalunkwe drittijiet speċifiċi imsemmijin aktar ‘il fuq) ikun bla ħlas. Madankollu, nistgħu nitolbu ħlas raġonevoli jekk it-talba tiegħek tkun bla bażi, repetittiva jew eċċessiva. Alternattivament, f’dawn iċ-ċirkostanzi nistgħu nirrifjutaw li nilqgħu t-talba tiegħek.
Nistgħu nitolbu informazzjoni speċifika mingħandek sabiex tgħinna nikkonfermaw l‑identità tiegħek u nassiguraw id‑dritt tiegħek li jkollok aċċess għall-informazzjoni personali dwarek (jew li teżerċita kwalunkwe drittijiet oħra tiegħek). Din hija miżura ta’ sigurtà biex tiżgura li l-informazzjoni personali dwarek ma tiġix żvelata lil kwalunkwe persuna li m’għandhiex dritt li tirċiviha. Nistgħu wkoll nikkuntattjawk biex nitolbuk aktar informazzjoni fir‑rigward tat‑talba tiegħek biex tħaffef it‑tweġiba tagħna.
12. It-talbiet tiegħek għal aċċess
Individwi jistgħu jagħmlu talba formali għal informazzjoni li jkollna dwarhom.
Meta jkollna talbiet permezz ta’ telefonati, nagħtu informazzjoni personali li għandna miżmuma fis-sistemi tagħna jekk ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġejjin:
Niċċekkjaw l-identità ta’ min ikun qed jagħmel it-telefonata biex nassiguraw li l-informazzjoni tingħata biss lill-persuna li hija intitolata għaliha. Jekk ma nkunux ċerti mill-identità ta’ min ikun qed jagħmel it-telefonata u fejn l-identità ma tkunx tista’ tiġi ċċekkjata nissuġġerixxu li t-talba ssir bil-miktub.
Meta talba ssir b’mod elettroniku, fejn ikun possibbli l-informazzjoni tkun provduta elettronikament.
Jekk tkun tixtieq tissottometti talba għal aċċess int ġentilment mitlub/a tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data billi tuża l-kuntatti t’hawn taħt.
13. Iż-żamma fis-sigur tal-informazzjoni personali dwarek
Aħna kburin biż-żamma sigura tal-informazzjoni personali dwarek u nieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi adekwati biex nipproteġu l-informazzjoni personali dwarek kontra pproċessar mhux awtorizzat jew illegali, inkluż telf aċċidentali, qerda, ħażna jew aċċess. L-informazzjoni personali dwarek tinżamm f’files tal-karti jew elettronikament fuq is-sistemi teknoloġiċi tagħna jew fuq sistemi teknoloġiċi tal-fornituri tal-IT tagħna.
Jekk insiru nafu bi ksur ta’ informazzjoni personali, ninfurmaw lill-persuni milqutin mill-ksur skont il-liġi applikabbli.
14. Lil min nista’ nikkuntattja dwar l-informazzjoni personali tiegħi?
Jekk ikollok bżonn tikkuntattjana biex tiddiskuti l-ippoċessar tal-informazzjoni personali dwarek jew biex tissottometti talba biex teżerrċita xi wieħed mid-drittijiet tiegħek dwar informazzjoni personali, ġentilment nitolbuk tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma Qormi Road, Luqa, LQA 9043
Malta, Europe.
+356 22443240
15. Ilmenti
Jekk għandek x’ilmenti dwar l‑ipproċessar tal-informazzjoni personali dwarek, inti ġentilment mitlub/a li tikkuntattjana jew tikkuntattja l‑Uffiċjali tal‑Protezzjoni tad‑Data tagħna fid‑dettalji indikati ftit qabel. Int għandek ukoll id‑dritt li tippreżenta ilment mal‑Uffiċċju tal‑Kummissarju għall‑Informazzjoni u l‑Protezzjoni tad‑Data f’Malta (http://www.idpc.gov.mt).
Uffiċċju tal‑Kummissarju għall‑Informazzjoni u l‑Protezzjoni tad‑Data
Airways House, Second Floor, High Street, Sliema SLM 1549
Tel: (+356) 2328 7100
Fax: (+356) 2328 7198
Email: idpc.info@gov.mt
- Introduzzjoni
Avviż ta’ Privatezza tas-Sit Elettroniku u Cookies
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (‘Korporazzjoni’, ‘aħna’, ‘magħna’ jew ‘tagħna’) ninsabu kommessi li nipproteġu u nirrispettaw il-privatezza tiegħek meta żżur is-sit elettroniku tagħna www.wsc.com.mt.
Dan l-Avviż ta’ Privatezza tas-Sit Elettroniku u Cookies ipoġġi l-bażi li fuqha tkun proċessata kwalunkwe informazzjoni personali dwarek li niġbru mingħandek, jew li tipprovdilna int. Tistabbilixxi l-proċeduri għal ġbir u proċessar ġust ta’ informazzjoni personali meħtieġa għall-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tesegwixxi l-funzjonijiet statutorji tagħha. Tipprovdi wkoll dettalji tal-Avviż tagħna dwar Cookies.
2. Avviż dwar Cookies
Għandek tkun taf li meta int tuża l-aċċess jew tuza s-sit elettroniku tagħna, aħna u terzi nistgħu bl-użu ta’ ‘cookies’ niġbru informazzjoni mill-apparat tiegħek.
X’inhuma Cookies?
Cookies huma ‘text files’ li jitpoġġew fuq il-kompjuter tiegħek jew mobile meta tidħol fuq siti elettroniċi fuq l-internet. Cookies jgħinu lill-utenti jduru mas-sit elettroniku tagħna u jippermettulna nadattaw il-kontenut tas-sit tagħna għall-bżonnijiet u l-preferenzi tal-utenti. Madankollu, Cookies tipikament jiġbru identifikaturi anonimi assoċjati mal-apparat tiegħek, browser, siti ta’ referenza URLs, informazzjoni dwar ]in jew użu, preferenzi tas-siti elettroniċi u ‘settings’, eċċ.
Għal aktar informazzjoni dwar Cookies żur www.allaboutcookies.org.
Għaliex nużaw Cookies?
Cookies jintużaw mis-siti elettroniċi tagħna biex tittejjeb l-esperjenza tiegħek onlajn u biex ikun assigurat li l-kontenut u funzjonijiet relevanti jitwasslu u jintużaw b’mod aktar effettiv.
Aħna nużaw Cookies “analitiku/prestazzjoni”, “strettament neċessarja/funzjonalità” u “kummerċjalizazzjoni” biex nesegwixxu funzjonijiet varji fuq is-siti tagħna.
Cookies sessjonali jitniżżlu fuq l-apparat tiegħek għal perjodu temporanju waqt li tkun tfittex sit elettroniku; dawn il-cookies jistgħu jħalluk tgħaddi bejn il-paġni b’mod aktar effiċjenti jew jippermettu siti elettroniċi jiftakru preferenzi li tkun għażilt. Cookies persistenti jistgħu jintużaw biex jgħinu siti elettroniċi jiftakruk bħal viżitatur li tkun qed tirritorna.
Kif nużaw cookies?
Aħna nużaw cookies għal numru ta’ raġunijiet, inkluż imma mhux limitat għal:
Jgħinuk tinnegozja, waqt li cookies oħrajn li mhumiex essenzjali jgħinuna nagħtuk esperjenza personalizzata ta’ sit u jiddeterminaw prodotti relevanti x’nuruk;
- Biex tippersonalizza u ttejjeb l-esperjenza tiegħek bħala klijent;
- Biex tirrikonoxxi l-apparat li tkun qiegħed tuża;
- Biex tiddistribwixxi viżitaturi lis-Sit tagħna madwar pjattaformi biex ikun assigurat li l-kontenut qed ikun servut bl-aktar ħeffa possibbli;
Aħna noffrulek ukoll il-faċilità li taqsam l-esperjenza tiegħek fuq is-Sit tagħna permezz ta’ siti tal-midja bħalma huma Google, YouTube, Flagpedia, Zopim, Facebook u Twitter.
Bl-użu ta’ dawn il-karatterisitċi, tkun qed tagħti l-kunsens biex jippermettu cookies minn dawn il-fornituri. Aktar informazzjoni dwar kif dawn il-fornituri jużaw cookies tista’ tinkiseb mis-siti elettroniċi tagħhom.
Immaniġġjar ta’ Cookies
Jekk ma tridx li siti elettroniċi jpoġġu cookies fuq l-apparat tiegħek, tista’ tibdel is-settings tal-browser tiegħek biex jirrifjuta l-cookies kollha. Tista’ tneħħi wkoll kwalunkwe cookies li diġà jkun hemm. Ġentilment innota li int trid tadatta separatament is-settings għal kull browser, apparat tal-mobajl u kompjuter li tuża. Mingħajr il-faċilità ta’ cookies ma nistgħux niggarantixxu li s-sit elettroniku tagħna u l-esperjenza tiegħek fuqha jkunu l-aqwa.
Browsers differenti joffru diversi metodi biex jikkonfigura s-settings tal-cookie fuq il-browser tiegħek. Il-links t’hawn taħt jipprovduk b’informazzjoni dwar kif tħassar jew taġġusta files tal-cookie fuq il-browser partikolari tiegħek:
Google Chrome https://support.google.com/chrome/answer/95647?co=GENIE.Platform%3DDesktop&hl=en Internet Explorer
https://support.microsoft.com/en-us/help/17442/windows-internet-explorer-delete-manage-cookies
Safari
https://support.apple.com/kb/ph21411?locale=en_US
3. X’informazzjoni personali niġbru/nipproċessaw u kif nużawha?
Aħna nużaw l-informazzjoni li tipprovdilna inti b’mod li jikkonforma mal-General Data Protection Regulation (Regulation (EU) 2016/679) u Kapitlu 586 tal-Liġijiet ta’ Malta. Il-Korporazzjoni tipprova iżżomm l-informazzjoni dwarek tajjeb u aġġornata u li ma żżommhiex għal żmien aktar minn dak neċessarju.
Il-Korporazzjoni tiġbor informazzjoni meta dawk li jżuruha jew klijenti jikkuntattjawna permezz ta’ din is-sit elettronika bl-użu tal-formola “Ikkuntattjana” fuq il-paġna “Ikkuntattjana”. L-informazzjoni li nistgħu niġbru permezz tal-formola “Ikkuntattjana” tinkludi:
- Isem;
- Kunjom
- Indirizz elettroniku
- Numru ta’ kuntatt;
- Kwalunkwe informazzjoni personali identifikabbli oħra provduta lilna fit-taqsima “Messaġġ” li tista’ tinkludi imma mhux limitat għal:
- Informazzjoni dwar identifikazzjoni u kuntatt: din tista’ tkun tinkludi t-titlu tiegħek, isem u dettalji ta’ kuntatt bħalma huma indirizz elettroniku u numru tal-mobajl;
- Informazzjoni dwar il-kont tiegħek bħala klijent: din tista’ tkun tinkludi l-indirizz tiegħek ta’ provvista, indirizz għal korrispondenza, indirizz fejn jintbaghat il-kont, in-numru tal-meter tal-ilma u l-użu ta’ ilma, u informazzjoni meħtieġa biex ikun stmat l-użu tal-ilma.
B’konformità mal-prattika ġenerali, ċerta informazzjoni tiddaħħal awtomatikament skont kull talba li ssir, liema informazzjoni tista’ tinkludi imma mhux limitata biss għal:
- l-isem jew l-indirizz tan-network tal-kompjuter li minnu tkun qed issir it-talba;
- Traffic data;
- c) Location data;
- Weblogs;
- id-data u l-ħin tal-konnessjoni
- f) it-talba http li tkun tinkludi identifikazzjoni tad-dokumentazzjoni miġbura;
- g) Il-kodiċi tal-istatus tat-talba;
Aħna nużaw din l-informazzjoni li tiddaħħal awtomatikament għal, imma mhux biss:
- a) biex tgħinna nagħmlu s-sit għall-interessi partikolari tiegħek;
- nassiguraw li l-kontenut mis-sit ikun preżentat lilek bl-aktar mod effettiv u
- tippermetti membri reġistrati (klijenti) tas-sit elettroniku jipparteċipaw f’karatteristiċi interattivi tagħna
Din l-informazzjoni tista’ tintuża għall-eżekuzzjoni tas-servizzi offruti/qegħdin ikunu provduti, sistema ta’ amministrazzjoni, intraċċjar ta’ ‘bugs’ u biex tinħoloq statistika dwar l-użu. Kull informazzjoni personali tinżamm b’mod sigur u ma tintużax għal kwalunkwe skop ieħor mhux dikjarat fl-Avviż ta’ Privatezza u Cookie mingħajr il-permess tiegħek.
Bħala viżitatur ta’ dan is-sit elettroniku, nistgħu nistaqsuk għal informazzjoni ta’ kuntatt jew ta’ reazzjoni li, billi tipprovdiha lilna, tkun qiegħed tawtorizzana niġbruha. Nistgħu wkoll nissorveljaw l-ammont ta’ użu fuq bażi medja biex tgħinna niżviluppaw u intejbu s-sit għall-benefiċċju tal-utenti kollha. Din l-informazzjoni ma tinkludix informazzjoni personali. Jekk qiegħed tagħmel aċċess għal dan is-sit elettroniku bħala klijent, tista’ tintalab tipprovdi informazzjoni addizzjonali, inkluż ċerta informazzjoni, biex nimmassimizzaw l-użu tiegħek ta’ dan is-sit elettroniku. Din l-informazzjoni tista’ tintuża fi ħdan entitajiet affiljati u aġenti awtorizzati liema entitajiet huma wkoll marbutin bil-provedimenti tal-General Data Protection Regulation (Regulation (EU) 2016/679) u Kapitlu 586 tal-Liġijiet ta’ Malta.
4. Links ma’ Siti Elettroniċi Oħrajn.
Is-sit elettroniku tagħna jista’ jkollu numru ta’ links ma’ organizzazzjonijiet u aġenziji oħrajn lokali u internazzjonali. Fi ftit każijiet, għall-benefiċċju ta’ min ikun qed iżur is-sit elettroniku, jista’ jkun meħtieġ li aħna ningħaqdu ma’ siti elettroniċi oħrajn wara li jkun inkiseb permess mingħandhom rispettivament.
Huwa importanti għalik li tinnota li malli tingħaqad ma’ sit ieħor, int ma tkunx għadek fuq is-sit elettroniku tagħna u tkun suġġett għall-Avviż ta’ Privatezza tas-sit il-ġdid.