ATTENZJONI

Minn Novembru 2018 iż-żjarat fl-Impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ Ta’ Barkat u tar-Reverse Osmosis f’Pembroke se jingħalqu sakemm jitlestew ix-xogħlijiet li għaddejjin.

 

Impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ Ta’ Barkat

Inawgurat fl-2011, l-Impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ Ta’ Barkat huwa l-akbar fost it-tliet impjanti tat-trattament tad-drenaġġ f’Malta. Jista’ jittratta madwar 60 000 m3 ta’ drenaġġ domestiku kuljum, li huwa madwar 80 % tad-drenaġġ kollu f’Malta.

  

Impjant ta’ Reverse Osmosis f’Pembroke

L-Impjant tar-Reverse Osmosis f’Pembroke huwa impjant tar-reverse osmosis tal-ilma baħar ta’ 55 000 m3 kuljum. L-impjant inbena fl-1993. Il-proċess jinvolvi l-użu ta’ pressjonijiet għolja ħafna biex tkun permessa l-produzzjoni tal-ilma tajjeb għax-xorb mill-ilma baħar.

 

Għal aktar informazzjoni dwar iż-żjarat, jekk jogħġbok ibgħat email fuq pr@wsc.com.mt

 

Termini u kundizzjonijiet:

 

  • Il-Water Services Corporation toffri żjarat edukattivi lil-lokazzjonijiet li ġejjin: L-Impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ Ta’ Barkat fix-Xgħajra u l-impjant tar-Reverse Osmosis f’Pembroke.
  • Żjarat f’Pembroke u Ta’ Barkat isiru nhar ta’ Ġimgħa filgħodu BISS. Dawn huma soġġetti għal disponibbiltà u jridu jiġu bbukkjati minn qabel.
  • Il-gruppi ma jridux ikunu akbar minn 30 persuna kull sessjoni. Jekk grupp ikun akbar minn 30 persuna, iridu jiġu bbukkjati żewġ sessjonijiet.
  • It-tfal tal-iskola jridu jkunu studenti tal-Year 5 jew akbar għal żjara fl-Impjant tar-Reverse Osmosis f’Pembroke
  • Persuni li jżuru l-Impjant tat-Trattament tad-drenaġġ Ta’ Barkat iridu jkunu ta’ 16-il sena jew akbar.
  • It-tfal iridu jiġu akkompanjati minn adult wieħed għal kull 15-il tifel u tifla.
  • Mistoqsijiet dwar iż-żjarat u l-bookings għandhom jintbagħtu lill-indirizz tal-email li ġej pr@wsc.com.mt.
  • Il-booking irid isir tal-anqas 3 ġimgħat qabel iż-żjara.
  • Għal raġunijiet ta’ sigurtà persuni lebsin sandli, flip flops jew tkaken ma jitħallewx jidħlu fil-bini.