Malta hija pajjiż semiaridu li jinstab fiċ-ċentru tal-Baħar Mediterran. L-iskarsezza tal-ilma dejjem kienet kwistjoni mill-istorja dokumentata u l-ilħuq tad-domanda kemm għall-provvista tal-ilma muniċipali kif ukoll għall-ħtiġijiet tas-setturi agrikoli u kummerċjali dejjem ipprovda sfida importanti.

 

Madankollu, din l-isfida pprovdiet ukoll lil Malta b’opportunità li tiddiversifika u tkompli tiżviluppa l-infrastruttura tal-provvista tal-ilma tagħha. Dan jista’ jiġi enfasizzat bl-introduzzjoni tat-teknoloġija tad-desalinazzjoni tal-ilma baħar fis-snin tmenin, u t-titjib kontinwu tal-effiċjenza operazzjonali ta’ dawn l-impjanti ta’ desalinazzjoni. Illum, id-desalinazzjoni tal-ilma baħar tipprovdi b’mod affidabbli madwar 60 % tal-provvista tal-ilma muniċipali, u għalhekk saret riżorsa importanti tal-ilma biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-provvista tal-ilma ta’ Malta.

 

Il-Programm Ilma Ġdid se jara l-iżvilupp ta’ kapaċità ta’ produzzjoni annwali ta’ 7 miljun m3 ta’ ilma ta’ kwalità għolja xieraq għat-tisqija sikura tal-għelejjel. Għaldaqstant, il-proġett se jkollu l-kapaċità li jindirizza potenzjalment sa 35 % tad-domanda attwali tal-ilma totali tas-settur agrikolu. Il-proġett Ilma Ġdid huwa għaldaqstant waħda mill-miżuri ewlenin taħt il-Programm ta’ Miżuri ta’ Malta maħsub biex ikun jista’ jinkiseb status kwantitattiv ta’ ilma ta’ taħt l-art tajjeb fil-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art kollha fil-gżejjer Maltin sal-2021.

 

 

Barra minn hekk, il-kwalità għolja tal-Ilma Ġdid tista’ tippermetti l-użu tiegħu għat-tisbiħ tal-pajsaġġ u l-industrija,u tkompli tippermetti l-użu ta’ dan l-ilma matul perjodi ta’ domanda baxxa mis-settur agrikolu.

New water logo

Il-proġett li issa huwa fi stadju avvanzat sew involva l-iżvilupp ta’ tliet impanti tal-ippolixxjar tal-ilma li jtejbu l-kwalità tal-ilma trattat mit-tliet Impjanti tat-Trattament tal-Ilma Mormi Urban (UWWTPs) għal standards tat-tisqija. It-tliet impjanti tal-ippolixxjar għalhekk jinstabu fl-impronta tal-UWWTPs f’Ras Il-Ħobż (Għajnsielem) f’Għawdex, Taċ-Ċumnija (il-Mellieħa) fit-Tramuntana ta’ Malta u Ta’ Barkat (Xgħajra) fin-Nofsinhar ta’ Malta. L-impjant ewlieni f’Ta’ Barkat fin-Nofsinhar ta’ Malta jista’ jipproduċi 9 600 metru kubu kuljum. L-impjanti f’Iċ-Ċumnija fit-Tramuntana ta’ Malta u f’Ras il-Ħobż f’Għawdex għandhom kapaċità ta’ 6 400 u 3 200 metru kubu kuljum rispettivament. Dawn l-impjanti jistgħu jilħqu volum tal-produzzjoni totali ta’ 7 000 000 m3 fis-sena.

 

L-għan tagħna huwa li niksbu “impatt żero nett” fuq iċ-ċiklu tal-ilma naturali, li permezz tiegħu l-ilma ta’ taħt l-art li jkun qed jiġi astratt jiġi sostitwit, direttament jew indirettament, permezz ta’ għadd ta’ miżuri, inklużi l-produzzjoni u t-twassil sussegwenti ta’ ilma ġdid.

 

New Water huwa disponibbli permezz ta’ idranti li huma aċċessati permezz ta’ kards elettroniċi. Minn Jannar 2018, seba’ idranti huma disponibbli fir-reġjun tat-Tramuntana ta’ Malta. Attwalment, il-WSC qiegħda tiżviuppa tliet netwerks (it-Tramuntana, in-Nofsinhar u Għawdex) biex iżżid in-numru ta’ idranti disponibbli u għaldaqstant tnaqqas l-użu tal-bawżers tal-ilma.

 

L-Applikazzjoni għall-kard elettronika ta’ Ilma Ġdid hija disponibbli online hawnhekk.

 

Malta – Tista’ tiġi ppreżentanta fil-punt tal-klijent iddedikat f’ARMS Ltd, Gattard House, Blata l-Bajda miftuħ kull nhar ta’ Tlieta u kull nhar ta’ Ġimgħa bejn 08.00 – 13.30 mill-1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju u bejn 08.00 – 12.00  mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru.

 

Gozo – Gozo Experimental Farm Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 08:00-12:00.

 

L-Uffiċċju tal-WSC fix-Xewkija (Triq Sannat) jew ċempel fuq 22446681 għal aktar dettalji

 

Ara fejn huma d-Dispensing Points

 

Niżżel l-applikazzjoni tan-New Water


FAQs