Tixtieq timmonitorja l-konsum tal-ilma ta’ kuljum, kull ġimgħa jew ta’ kull xahar tiegħek?
Tixtieq tkun taf jekk għandekx xi tnixxija tal-ilma?
Segwi dawn il-passi sempliċi.

Suġġerimenti dwar l-Ilma
| Tħallix il-vit miftuħ bl-ilma nieżel waqt li tkun qed taħsel snienek. Familja ta’ erbgħa tista’ tiffranka sa 200 barmil ilma kull sena permezz ta’ din il-miżura sempliċi. Ikkonserva l-ilma għaliex hekk għandu jsir. |
| Biex tiffranka l-ilma, l-enerġija, id-deterġent u l-flus, qatt m’għandek tħaddem il-magna tal-ħasil tal-platti mingħajr tagħbija sħiħa. |
| Meta tixtri magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ jew magna tal-ħasil tal-platti ġdida, iċċekkja r-rekwiżiti tal-ilma ta’ diversi ditti u mudelli. Xi wħud jużaw inqas ilma minn oħrajn. |
| Il-ktieli għandhom jimtlew b’biżżejjed ilma għall-ħtiġijiet tiegħek, iżda mhux iżjed. Dan inaqqas ukoll il-kont tal-elettriku tiegħek. |
| Doċċa ta’ ħames minuti kuljum, minflok banju, tuża terz tal-ilma u b’hekk tiffranka sa 400 litru fil-ġimgħa. |
| Sewwi viti jqattru issa! Jekk il-vit tiegħek qed iqattar b’rata ta’ qatra waħda kull sekonda, inti tista’ tistenna li taħli sa 1 900 litru fis-sena, li huwa ħafna ilma. |
| Tħallix il-vit miftuħ bl-ilma nieżel waqt li tkun qed taħsel snienek. Familja ta’ erbgħa tista’ tiffranka sa 200 barmil ilma kull sena permezz ta’ din il-miżura sempliċi. Ikkonserva l-ilma għaliex hekk għandu jsir. |
| Taħlix l-ilma sempliċement għaliex xi ħadd ieħor qed iħallas il-kont, bħal meta tkun qegħda f’lukanda jew fuq ix-xogħol. |
| Tużax l-ilma biex tħoll ikel iffriżat. Neħħi s-silġ minn mal-ikel matul il-lejl fil-friġġ, billi dan jiffranka aktar enerġija, minħabba li hekk kif jinħall l-oġġett iffriżat, dan iżomm il-friġġ kiesħa. |
Kif tiċċekkja hemmx tnixxija possibbli fis-sistema tal-ilma tad-dar tiegħek.
Mill-miter tal-ilma għall-bokka tat-tank tal-ilma
| 1. Agħlaq l-istopcock minn fejn jidħol l-ilma fit-tank tal-ilma tiegħek (normalment fuq il-bejt). Kun ċert li matul dan l-eżerċizzju ma jiġix ikkunsmat aktar ilma fi kwalunkwe parti tad-dar tiegħek. Il-viti kollha jridu jingħalqu u kwalunkwe magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ jew magna tal-ħasil tal-platti trid tintefa. |
| 2. Agħlaq l-istopcock li jinstab immedjatament wara l-miter tal-ilma. |
| 3. Innota l-qari tal-miter (in-numri kollha). |
| 4. Wara 30 minuta, erġa’ iftaħ l-istopcock ħdejn il-miter tal-ilma u ċċekkja ikunx hemm xi żieda fil-qari. |
| 5. Jekk ma tiġix innotata żieda fil-qari, dan ifisser li ma hemmx tnixxija bejn il-miter u t-tank tal-bejt tiegħek. Issa inti trid tiċċekkja jekk hemmx xi tnixxija possibbli ‘l isfel mit-tank kif ġej: |
| 6. Agħlaq l-istopcock fl-iżbokk tat-tank tal-ilma. |
| 7. Imla l-pajp tal-vent sa fuq nett. Jekk ma jkunx hemm pajp tal-vent, immarka l-livell tal-ilma ġot-tank. |
| 8. Wara 30 minuta ċċekkja jekk ikunx niżel il-livell tal-ilma fil-pajp tal-vent/it-tank tal-ilma. Kwalunkwe tnaqqis fil-livell tal-ilma fil-pajp tal-vent jindika tnixxija. |
| 9. Jekk ma jkunx hemm pajp tal-vent u inti tkun immarkajt it-tank tal-bejt, inti trid tħalli ħin ferm itwal (tal-inqas 2-3 sigħat) bl-istopcock miftuħ. |
| 10. Kwalunkwe tnaqqis fil-livell tal-ilma tat-tank tal-bejt jindika tnixxija fis-sistema tal-ilma tad-dar interna tiegħek. |
Kif tiċċekkja sistema tal-flushing tat-tojlit
| Agħlaq l-angle valve minn fejn jidħol l-ilma fic-ċisterna tat-tojlit. |
| Żid ftit kolorant tal-ikel fl-ilma u mmarka l-livell tal-ilma. |
| Jekk wara 15-il minuta jonqos il-livell fit-tank u/jew ikun innotat kulur fil-bowl tat-tojlit, is-sistema tal-flushing qed tnixxi. |