Kamp ta’ applikazzjoni taċ-Ċertifikazzjoni – ISO 9001 Ċertifikazzjoni tas-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Kwalità
Il-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni ISO 9001 ikopri l-provvista ta’ servizzi tal-ilma tajjeb għax-xorb u tal-ilma mormi inklużi l-appoġġ tekniku u s-servizzi korporattivi kollha fi ħdan il-korporazzjoni.
POLITIKA AMBJENTALI
Kamp ta’ applikazzjoni taċ-Ċertifikazzjoni – ISO 14001 Ċertifikazzjoni tas-Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali
Il-provvista tal-produzzjoni tal-ilma deslinat fl-impjant tal-Osmosi Inversa f’Pembroke, l-astrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art fl-istazzjon tal-Ippumpjar f’Ta’ Kandja u servizzi awżiljarji provduti mill-Korporazzjoni fl-uffiċċju prinċipali tagħha f’Ħal Luqa u li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal dawk Korporattivi, tal-HR, tal-Ippjanar tal-Proġetti u l-Istitut tat-Teknoloġija u l-Kwalità tal-Ilma.