Deskrizzjoni tal-Impjieg | |||
Titlu: | Quantity Surveyor 2 | Skala: | 10 |
Taqsima: | Projects & Building Management Systems | Jobsplus Permit no: | N/A |
Għan Ġenerali tal-Kariga
Ir-rwol ta’ Quantity Surveyor 2 se jottimizza l-ispiża ta’ proġett bil-valur miżjud lill-proċess ċivili u ta’ kostruzzjoni b’involviment proattiv fil-management tal-ispiża u rappurtar bl-ogħla livelli etiċi. Magħrufin ukoll bħala konsulenti fuq l-ispiża, il-quantity surveyors jassiguraw li l-proġetti jżommu mal-istima finanzjarja filwaqt li jipprovdu estimi tal-ispiża u materjal, iħejju stimi finanzjarji proġettati, u jaħdmu flimkien ma’ team. Il-Quantity Surveyor ikun irid jagħmel analiżi tal-istimi finanzjarji u jtejjeb u jipprepara estimi ta’ kwantità.
Kontabilitajiet u Responsabiltajiet Ewlenin
Il-kandidat magħżul ikun mistenni li:
- Ikun ta’ appoġġ fit-teħid ta’ kejl tal-art u
- Jiżviluppa u jispezzjona kuntratti ta’ proġetti li jkunu jeħtieġu quantity
- Jipprepara u jżomm skedi ta’ kwantitajiet, jirrapporta biex jiddeskrivi, jiċċertifika u jassumi responsabbiltà għax-xogħol li jkun sar.
- Jagħmel reviżjoni u jneħħi kwantitajiet minn pjanti (biex jikkwantifika l-karatteristiċi kollha tal-pjanti). Jassisti fl-evalwazzjoni ta’ kwotazzjonijiet minn terzi u jagħti pariri fuq il-validità tagħhom skont l-prezzijiet attwali tas-suq.
- Jabbozza skeda ta’ kwantitajiet u speċifikazzjonijiet għal skop ta’
- Jagħmel spezzjonijiet regolari u jieħu kejl neċessarji fuq is-sit, qabel, waqt u wara li jkunu bdew il-proġetti.
- Iżomm rekord tal-ispiża waqt l-implimentazzjoni tal-proġett, filwaqt li jagħti pariri lill-Project Manager meta din ikun previst li se tinqabeż.
- Javża lill-Project Manager bil-varjanzi minn kif kien stmat u jiddokumenta dawn il-varjanzi.
- Jipprepara Bills of Quantities biex isir il-ħlas inkluż dak żejjed u varjazzjonijiet minn kejl meħud fuq is-sit jew kif tiddetta n-natura tax-xogħol.
- Jassisti u jikkollabora ma’ taqsimiet oħrajn fil-KSI għall-provvista ta’ servizzi ta’ quantity surveying. Jistabbilixxi u jżomm relazzjonijiet professjonali ma’ partijiet interessati interni u
- Jaqdi dmirijiet oħrajn relatati li jista’ jingħata f’okkażjonijiet mis-Superjur/Kap tat-
- Joqgħod għal programmi ta’ taħriġ lil-Korporazzjoni tqis bħala neċessarji għall-ogħla
prestazzjoni fil-grad inkluż l-istudju tal-prezzijiet tas-suq f’dan il-qasam.
- Jipparteċipa u jikkontribwixxi f’timijiet kross-funzjonali kif meħtieġ, jikkonsulta ma’ dipartimenti relevanti, kif neċessarju u jipprovdi taħriġ kif jista’ jkun meħtieġ.
- Jikkordina mal-Quality Unit fil-ksib u ż-żamma ta’ ċertifikati u akkreditazzjonijiet tal- Korporazzjoni u jipparteċipa f’verifikar intern u estern, u fir-rivisti ta’ kollegi fl-istess
- Iwettaq b’mod effettiv dmirijiet u responsabbiltajiet oħrajn u jaqdi dmirijiet oħrajn kif raġonevolment dirett mill-Management.
Kundizzjonijiet tax-Xogħol
Mistenni li jkun, u jżomm lilu nnifsu fi stat ta’ saħħa li jkun jindika prospett raġonevoli ta’ abilità li jwettaq servizz regolari u effiċjenti.
ii. Mistenni jaħdem sigħat flessibbli biex jintlaħqu kontabilitajiet u jattendi għax-xogħol
wara l-ħinijiet tal-uffiċċju kif jista’ jkun meħtieġ.
iii. Jimxi mar-regoli u regolamenti maħruġin mill-KSI.
iv. Jikkonsulta ma’ taqsimiet oħrajn kif jista’ jkun meħtieġ.
v. Mistenni li jżomm lilu nnifsu aġġornat mal-aħjar prattiċi relevanti għall-impjieg u li
jattendi kull taħriġ li jista’ jkun provdut.
vi. In-natura ta’ din il-kariga titlob li l-impjegat ikun fiżikament preżenti waqt il-ħinijiet tax- xogħol skont l-esiġenzi operazzjonali.
Kwalifiki u Esperjenza
Sal-ħin tal-għeluq u d-data ta’ din is-sejħa għal applikazzjonijiet, l-applikanti jridu:
i. Ikollhom MQF Level 4 rikonoxxut fil-Quantity Surveying flimkien ma’ sena (1) esperjenza fi Skala 12 jew ogħla JEW;
ii. Ikollhom MQF Level 3 fi Quantity Surveying u tliet (3) snin esperjenza relatata mad- deskrizzjoni tal-impjieg fil-Korporazzjoni fi Skala 12 jew ogħla JEW;
iii. Ħames (5) snin esperjenza relatata mad-deskrizzjoni tal-impjieg fil-Korporazzjoni fi Skala12 jew ogħla.
iv. Ikollhom esperjenza fil-qari u għarfien ta’ pjanti u mapep.
v. Ikunu kapaċi jaħdmu b’dati ta’ terminu ta’ tlestija u taħt pressjoni.
vi. Ikunu kapaċi jifhmu u jagħmlu użu minn strumenti ta’ surveying u jwettqu ċċekkjar ta’ rutina.
vii. Jifhmu u jinterpretaw Engineering/Construction.
viii. Ikunu kapaċi jużaw ICT fi Quantity Surveying.
ix. Ikollhom Liċenzja tas-Sewqan Kategorija B.
x. Ikollhom kondotta tal-Pulizija nadifa li ma tkunx tmur lura aktar minn sitt (6) xhur mid- data tal-applikazzjoni.
xi. Il-kandidat ideali jrid ikun kapaċi jwettaq kull dmir essenzjali tal-kariga u jkollu ħiliet tajbin ta’ komunikazzjoni u matematiċi.
Ħiliet Interpersonali
• Jaħdem taħt superviżjoni limitata, kemm individwalment kif ukoll bħala parti minn team.
• Orjentat fid-dettall u jaħdem b’eżattezza għolja u kunfidenzjalità.
• Ikollu ħiliet biex ikunu solvuti problemi, kapaċi jaħdem f’ħafna xogħol f’daqqa u jilħaq ma’
skadenzi sfidanti.
• Organizzat ħafna u flessibbli.
• Kapaċi li f’kull ħin iżomm metodu professjonali ta’ kif jasal.
L-appuntar huwa suġġett għal perjodu ta’ prova/probation ta’ sitt (6) xhur li matulu l-Appuntati (i) iżommu l-ħatriet sostantivi li għandhom; u (ii) invarjabilment iridu joqogħdu u jgħaddu minn kors ta’ ċertifikazzjoni speċjalizzata li jkun organizzat mill-Korporazzjoni skont l-esiġenzi. In-nuqqas ta’ ksib ta’ dan iċ-ċertifikat jirrendi awtomatikament lill-appuntat bħala li falla l-perjodu ta’ prova/probation u jmur lura lejn il-grad sostantiv li kellu mal-ħruġ tal-avviż effettiv mill-Korporazzjoni.