Il-Water Services Corporation tinnota bi pjaċir li għal darb’oħra Malta ġiet l-ewwel fir-rapport “Il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawn Ewropew”. Il-Korporazzjoni tikkontribwixxi bi pjaċir lejn dan l-istandard għoli permezz tal-infrastruttura tagħha u l-isforz siewi tal-ħaddiema tagħha.

 

Karmenu Vella, il-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd iddikjara li “Ir-rapport dwar l-ilma għall-għawm ta’ din is-sena jirrifletti l-impenn qawwi u kontinwu magħmul mill-Ewropej biex jiġu salvagwardjati s-siti tal-ilma għall-għawm kostali u interni tagħna u biex jiġi żgurat li dawn is-siti jkunu jistgħu jintużaw b’mod sikur.”

Is-Sistema tad-Drenaġġ ta’ Malta f’numri
Litri ta’ Drenaġġ ittrattati kuljum67,000,000 (67 million)
Litri ta’ Drenaġġ ittrattati kull sena24,455,000,000 (24 billion)
KM ta’ netwerk tal-ġbir tad-drenaġġ1,545
Stazzjonijiet tal-Ippumpjar tad-Drenaġġ104
Impjanti tat-Trattament tad-Drenaġġ4
Ħaddiema f’Impjanti tad-Drenaġġ82
Ħaddiema fuq in-Netwerk tad-Drenaġġ132

 

Minbarra l-infrastruttura diġà estensiva, il-Korporazzjoni attwalment qiegħda tniedi investiment sostanzjali parzjalment iffinanzjat mill-UE li jippermettilha tkompli teċċella fil-kompiti tagħha. Se jittejbu pajpijiet ewlenin tad-drenaġġ, se tingħata spinta lit-teknoloġija tat-trattament tad-drenaġġ bl-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, u se tiġi adattata b’mod radikali t-teknoloġija tal-monitoraġġ tal-iskariku tagħha permezz tal-użu tat-tagħmir tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku li se jkun f’pożizzjoni li jidentifika atti illegali fuq bażi awtomizzata virtwalment live.

 

Is-CEO, Richard Bilocca, iddikjara li, “Dan huwa r-riżultat tad-dedikazzjoni u l-ħila tal-ħaddiema tal-Korporazzjoni, li l-ħidma tagħhom ħafna drabi taħt l-art jew fl-impjanti tad-drenaġġ ma tkunx tidher.

 

Il-Korporazzjoni ttenni li l-infrastruttura tad-drenaġġ hija kumplessa u delikata ħafna u li din l-infrastruttura hija danneġġjata permezz tal-użu mhux xieraq tas-sistema tad-drenaġġ urbana. Huwa għalhekk importanti ħafna li skart tat-tojlit uman u karti tat-tojlit degradabbli biss jintremew fis-sistema.

 

Kwalunkwe att illegali jew problemi ssuspettati bil-kanal tad-drenaġġ jistgħu jiġu rrapportati lill-Korporazzjoni fuq Freephone: 8007 6400; Email: customercare@wsc.com.mt; Website live chat: www.wsc.com.mt; jew permezz tal-midja soċjali tagħna.

 

Ir-rapport sħiħ mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent jista’ jiġi aċċessat fuq: https://goo.gl/rN4E6G

 

Related articles

Iffirmat Kuntratt ta’ €33 Miljun għat-Titjib tal-Impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ f’Iċ-Ċumnija

Wara l-aġġudikazzjoni tal-proċess tas-sejħa għall-offerti, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ffirmat uffiċjalment il-kuntratt ta’ €33.15 miljun, eskluża l-VAT, għad-disinn, il-bini, l-ittestjar, u l-ikkummissjonar ta’ […]

Read More

Xogħlijiet Maġġuri fl-Impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ f’Għawdex

Il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma se twettaq xogħlijiet estensivi ta’ manutenzjoni u titjib fl-Impjant ta’ Trattament tal-drenaġġ f’Għawdex matul ix-xahar ta’ Novembru 2025. Matul […]

Read More

Rinnovazzjoni tal-Ġibjun tan-Naxxar

dIl-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) qed tagħti bidu għal proġett infrastrutturali kritiku mmirat biex itejjeb l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema talprovvista tal-ilma tan-nazzjon. Dan […]

Read More
New Water South

MEDIA RELEASE – IL-PROĠETT TAN-NEW WATER FIN-NOFSINHAR MIEXI KIF IPPJANAT

Dan l-aħħar inġiebet għall-attenzjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, li s-Sur Peter Agius xerred fuq il-midja soċjali kummentarju dwar l-operat tal-Korporazzjoni b’informazzjoni mhux veritiera. […]

Read More