Dan l-aħħar inġiebet għall-attenzjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, li s-Sur Peter Agius xerred fuq il-midja soċjali kummentarju dwar l-operat tal-Korporazzjoni b’informazzjoni mhux veritiera.

Inħeġġu lil kull min ikun, biex ifittex il-verità qabel ixxerred tali diżinformazzjoni fuq ix-xogħol sostanzjali li ilha twettaq il-WSC.

Il-WSC tiċħad kategorikament l-allegazzjonijiet bla bażi ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi li saru mill-kandidat li qed jaspira għall-MPE. Il-proġett biex titjieb id-distribuzzjoni tal-ilma fin-Nofsinhar ta’ Malta għadu għaddej u x-xogħlijiet huma kontinwi kif jidher ċar qrib il-post fejn is-Sur Agius kien qed jiffilmja l-kummenti tiegħu.

Fl-2017, l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ ta’ Sant Antnin u l-faċilità tal-produzzjoni tal-ilma reklamat tneħħew temporanjament mis-servizz, u dan biex isir ‘retrofit’ biex tissaħħaħ il-kapaċità tat-trattament tad-drenaġġ fin-Nofsinhar tal-pajjiż. Dan l-intervent sar bi preparazzjoni għall-bidu imminenti ta’ faċilità ġdida ta’ produzzjoni ta’ ilma reklamat ta’ grad għoli (New Water) f’Ta’ Barkat ikkummissjonat f’Ottubru 2018.

Grazzi għad-disponibbiltà ta’ fondi mill-UE, il-WSC illum tforni żewġ miljun litru kuljum ta’ effluwent ittrattat Klassi A fl-istess żona li qabel kienet ipprovduta minn Sant’Antnin. Din il-figura tal-produzzjoni se tiġi estiża għal madwar ħames miljun litru kuljum sal-2024 u ħdax -il miljun litru kuljum sal-2026.

Dan huwa konformi ma’ espansjoni sinifikanti kontinwa u ppjanata tan-netwerk tad-distribuzzjoni, li għadu qed jinbena.

Kuntrarjament għal dak li ingħad minn Agius, dan in-New Water mhux imqassam permezz tan-netwerk il-ġdid. Ir-raġuni hija sempliċi: dan huwa xogħol li għadu għaddej, parti minn proġett massiv u kkomplikat li jinkludi produzzjoni, ħażna u distribuzzjoni. Sadanittant, in-New Water qed jiġi mgħoddi permezz tas-sistema eżistenti tal-kanali (open water channel system) sakemm nimmigraw lejn is-sistema sħiħa mwettqa permezz tal-Fondi tal-FAEŻR tal-UE

Sadanittant, il-WSC rriabilitat sitt ġibjuni fiż-żona filwaqt li għaddejja l-installazzjoni tan-network tan- New Water. Din il-fażi tinvolvi trinek estensivi u mikro tunnelling, li tirrifletti l-impenn tal-WSC għal soluzzjonijiet fit-tul aktar milli soluzzjonijiet ta’ malajr, sporadiċi u ta’ traqqiħ.

Is-setup attwali ta’ open channels kienet suxxettibbli għal użu ħażin, b’individwi jikkunsmaw ħafna aktar mis-sehem allokat tagħhom. Ladarba il-proġett ikunu kompletament operattiv, it-300 dispensur tal-ilma mħaddma minn sistema ġdida se jiżguraw distribuzzjoni adegwata u jinkorporaw teknoloġija intelliġenti, inkluża l-konnettività tal-fibra ottika, biex jottimizzaw il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma.

Related articles

Iffirmat Kuntratt ta’ €33 Miljun għat-Titjib tal-Impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ f’Iċ-Ċumnija

Wara l-aġġudikazzjoni tal-proċess tas-sejħa għall-offerti, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ffirmat uffiċjalment il-kuntratt ta’ €33.15 miljun, eskluża l-VAT, għad-disinn, il-bini, l-ittestjar, u l-ikkummissjonar ta’ […]

Read More

Xogħlijiet Maġġuri fl-Impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ f’Għawdex

Il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma se twettaq xogħlijiet estensivi ta’ manutenzjoni u titjib fl-Impjant ta’ Trattament tal-drenaġġ f’Għawdex matul ix-xahar ta’ Novembru 2025. Matul […]

Read More

Rinnovazzjoni tal-Ġibjun tan-Naxxar

dIl-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) qed tagħti bidu għal proġett infrastrutturali kritiku mmirat biex itejjeb l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema talprovvista tal-ilma tan-nazzjon. Dan […]

Read More

SEJBA TA’ QABAR LI JMUR LURA AKTAR MINN 2000 SENA

  Waqt xogholijiet li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed twettaq fin-naħa t’isfel ta’ Malta viċin iż-Żejtun, instab qabar Puniku li jmur lura aktar […]

Read More