Waqt xogholijiet li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed twettaq fin-naħa t’isfel ta’ Malta viċin iż-Żejtun, instab qabar Puniku li jmur lura aktar minn elfejn sena.

Il-qabar li kien għadu ssiġilat, ġie miftuħ u fih instabu numru ta’ urni bi fdalijiet ta’ għadam uman ikremat ġo fihom. Mill-għadam li nstab s’issa jidher li hanwhekk kienet indifnet persuna adulta kif ukoll tifel jew tifla żgħira fl-eta. Instabu wkoll anfora, żewġ urni, lampa taż-żejt, flixkun tal-fwieħa tal-ħġieġ u reċipjenti oħra tal-fuħħar tipiċi tal-perjodu Puniku.

Fi żmien il-perjodu puniku u dak ruman ir-rit kien jinbidel. L-iġsma ġieli kienu jiġu kremati u drabi oħra jindifnu sħaħ tul il-qabar. Il-kremazzjoni kienet titlob diversi riżorsi bħal injam biex jinħaraq il-ġisem u bżonn ta’ persuna li toqgħod mal-post minħabba li l-proċess biex jinħaraq il-ġisem kien jieħu diversi siegħat.


Bħalissa, l-materjal qed jinħareg mill-qabar u jittieħed fil-laboratorju fejn isir proċess ta’ konsolidazzjoni, tindif u analiżi fuq il-fuħħar u l-għadam li nstab.

Il-Korporazzjoni għas-servizzi tal-Ilma qed twettaq xogħolijiet fin-naha t’isfel ta’ Malta biex tkabbar in-network tad-drenaġġ f’żoni li preżentmenet qed jagħmlu użu minn fosos.

Minħabba s-sensittivita arkeologika taż-żona konċernata, is-Sovratendenza talbet li jkun hemm arkeologu mat-tim li qed iwettaq ix-xogħolijiet f’każ li jinstabu xi fdalijiet antiki.

Il-Korporazzjoni fasslet pjan alternattiv biex jitkompla x-xogħol filwaqt li jiġi preservat il-qabar. Dan it-tibdil fil-rotta jaf itawwal il-pjan oriġinali tat-twettieq tax-xogħlijiet.

Related articles

Iffirmat Kuntratt ta’ €33 Miljun għat-Titjib tal-Impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ f’Iċ-Ċumnija

Wara l-aġġudikazzjoni tal-proċess tas-sejħa għall-offerti, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ffirmat uffiċjalment il-kuntratt ta’ €33.15 miljun, eskluża l-VAT, għad-disinn, il-bini, l-ittestjar, u l-ikkummissjonar ta’ […]

Read More

Xogħlijiet Maġġuri fl-Impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ f’Għawdex

Il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma se twettaq xogħlijiet estensivi ta’ manutenzjoni u titjib fl-Impjant ta’ Trattament tal-drenaġġ f’Għawdex matul ix-xahar ta’ Novembru 2025. Matul […]

Read More

Rinnovazzjoni tal-Ġibjun tan-Naxxar

dIl-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) qed tagħti bidu għal proġett infrastrutturali kritiku mmirat biex itejjeb l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema talprovvista tal-ilma tan-nazzjon. Dan […]

Read More
New Water South

MEDIA RELEASE – IL-PROĠETT TAN-NEW WATER FIN-NOFSINHAR MIEXI KIF IPPJANAT

Dan l-aħħar inġiebet għall-attenzjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, li s-Sur Peter Agius xerred fuq il-midja soċjali kummentarju dwar l-operat tal-Korporazzjoni b’informazzjoni mhux veritiera. […]

Read More