It-tieni mit-tliet impjanti tal-ippolixxjar “Ilma Ġdid” tal-WSC ġie inawgurat f’Għawdex mill-Ministru għall-Enerġija u l-Ġestjoni tal-Iskart Joe Mizzi. Impjanti tal-Ilma Ġdid jipprovdu ilma ta’ kwalità għolja ħafna għall-agrikoltura, l-industrija, it-tisbiħ tal-pajsaġġ u setturi oħra fejn livelli tal-kwalità tal-ilma tajjeb għax-xorb mhumiex meħtieġa.

 

L-ewwel impjant tal-Ilma Ġdid fil-Mellieħa, ġie inawgurat f’Mejju tal-2017 u minn dakinhar wera li huwa popolari ħafna mal-bdiewa fiż-żoni tal-madwar.

 

Id-drenaġġ itrattat mill-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ tal-Korporazzjoni qabel kien jiġi skarikat fil-baħar. Dan issa qed jiġi mgħoddi minn impjanti tal-ippolixxjar tat-trattament terzjarji li kellhom investiment totali ta’ EUR 20 miljun f’fondi tal-UE u lokali. Dawn l-impjant jinvolvi mikrofiltrazzjoni addizzjonali sofistikata, proċessi ta’ reverse osmosis u ossidazzjoni li jiżguraw sigurtà għolja tal-prodott lest.

 

Wara l-ikkummissjonar b’suċċess tal-impjanti tal-Mellieħa u t’Għawdex, il-WSC issa qed taħdem bla waqfien fuq l-akbar impjant tagħha f’Ta’ Barkat fin-Nofsinhar ta’ Malta li huwa mistenni li jiġi inawgurat dalwaqt. B’kollox, madwar seba’ biljun litru ta’ Ilma Ġdid se jiġu prodotti kull sena permezz ta’ din is-sistema l-ġdida.

Diġà sar investiment importanti u dan se jkompli jsir sabiex dan l-Ilma Ġdid jitwassal lil żoni rurali permezz ta’ infrastruttura dedikata. Dawn huma ppjanati li jaqbżu EUR 30 miljun. Huwa stmat li madwar 2 200 ettaru ta’ għelieqi, madwar kwart tal-art agrikola kollha f’Malta, se jibbenefikaw minn din l-iskema.

 

Il-Ministru Mizzi indirizza l-konferenza stampa fil-qosor u qal li t-teħid tal-Ilma Ġdid mill-bdiewa s’issa huwa wieħed inkoraġġanti ħafna. Huwa żied li l-Gvern huwa determinat li jkompli jappoġġja dan is-settur vitali.

 

L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-WSC, Richard Bilocca, qal li permezz tal-impjanti tal-Ilma Ġdid, il-WSC qed tipprovdi servizz essenzjali kruċjali lis-settur agrikolu u l-wiċċ tal-ilma ta’ taħt l-art fl-istess ħin. Huwa spjega kif kull litru distribwit minn dawn l-impjanti huwa litru inqas ta’ ilma ta’ taħt l-art estratt.

 

L-impjanti tal-Ilma Ġdid jinkludu tagħmir sensittiv ħafna u kwalunkwe użu mhux xieraq tad-drenaġġ urban se jwassal għal interruzzjonijiet inevitabbli. F’Għawdex, il-bdiewa se jkunu jistgħu jaċċessaw immedjatament 3 distributuri speċjali permezz ta’ kard intelliġenti u fil-futur, dan in-numru se jiżdied għal aktar minn 50.

 

L-inawgurazzjoni ġiet indirizzata wkoll mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u mis-Segretarji Parlamentari Clint Camilleri u Aaron Farrugia.

 

Related articles

SEJBA TA’ QABAR LI JMUR LURA AKTAR MINN 2000 SENA

  Waqt xogholijiet li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed twettaq fin-naħa t’isfel ta’ Malta viċin iż-Żejtun, instab qabar Puniku li jmur lura aktar […]

Read More

Ivan Falzon Maħtur Uffiċjal Kap Eżekuttiv Ġdid (CEO) tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma

Is-Sur Ivan Falzon inħatar bħala Kap Eżekuttiv ġdid (CEO) tal-Korporazzjoni għas- Servizzi tal-Ilma b’seħħ mis-27 ta ’Marzu 2020. Huwa se jieħu post […]

Read More

Malta l-ewwel fir-rapport “Il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawn Ewropew”

Il-Water Services Corporation tinnota bi pjaċir li għal darb’oħra Malta ġiet l-ewwel fir-rapport “Il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawn Ewropew”. Il-Korporazzjoni tikkontribwixxi bi pjaċir lejn […]

Read More

Titjib Ewlieni tal-Infrastruttura tad-Drenaġġ u espansjoni tal-Infrastruttura tan-‘New Water’

Il-Water Services Corporation tħabbar bi pjaċir li ppubblikat erba’ offerti oħra li jiffurmaw parti minn investiment ta’ diversi miljun Euro maħsub biex […]

Read More