Programm kbir ta’ titjib tal-infrastruttura tal-ilma mormi ta’ Malta fisser il-kostruzzjoni ta’ tliet impjanti tat-trattament tad-drenaġġ ġodda u programm ta’ bini aggressiv tal-istazzjonijiet tal-ippumpjar il-ġodda, gallariji ta’ taħt l-ilma u sistema ta’ kontroll SCADA tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku.
Kif jaħdmu l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ?
Kwalunkwe impant tat-trattament tad-drenaġġ jaħdem bażikament billi jħaffef proċess naturali li juża l-batterji. Dak li normalment idum ġimgħat biex iseħħ fin-natura, isir f’madwar 18-il siegħa biss f’impjanti tat-trattament tad-drenaġġ. Drenaġġ mhux ipproċessat jiġi alimentat f’tankijiet ta’ aerazzjoni kbar u mħawwad minn blowers mgħaddsa kbar li jintroduċu l-arja permezz ta’ bankijiet ta’ diffużuri. Konċentrazzjoni tqila ħafa ta’ batterji tiekol il-materja solida li mbagħad tiġi estratta mis-sistema bħala ħama żejjed.
Ilma ċar, mingħajr riħa li jkun għad fih livell pjuttost għoli ta’ batterji jitla’ fil-wiċċ u imbagħad jiġi skarikat fil-baħar. Dan l-ilma mhuwiex tajjeb għax-xorb iżda ma jagħmilx ħsara lill-ambjent marin. Imbagħad jitneħħa l-ilma mill-ħama żejjed u l-materjal li jirriżulta jista’ potenzjalment jintuża għall-arrikiment tal-ħamrija. Jekk jiġi inkorporat ukoll stadju tat-trattament terzjarju, id-drenaġġ ittrattat jista’ jintuża għat-tisqija jew għal finijiet oħra aktar milli sempliċement jiġi skarikat fil-baħar.
L-impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ Ras il-Ħobż f’Għawdex
It-trattament tal-impjant tal-ilma mormi f’Għawdex beda jopera f’Novembru 2007 u ġie inawgurat uffiċjalment fid-29 ta’ Jannar 2008. L-impjant jista’ jittratta madwar 6 000 metru cubu ta’ drenaġġ kuljum. 51 % tiegħu ġie kofinanzjat permezz tal-Programm ta’ Qabel l-Adeżjoni tal-2003 tal-UE (51 % Fondi tal-UE – 49 % Fondi Lokali). Ġie ddisinat biex jippermetti l-possibbiltà ta’ espansjoni sostanzjali futura kif ukoll flussi miżjuda matul l-istaġjun tax-xita u x-xahar ta’ Awwissu. Id-disinn ta’ siluwett baxx jimminimizza kemm l-impatt viżiv kif ukoll it-tniġġis ħafif.
L-impjant tat-trattament Iċ-Ċumnija fil-Mellieħa
Dan l-impjant ġie inawgurat f’Jannar 2009 u għandu l-kapaċità li jittratta 6 700 metru kubu ta’ drenaġġ kuljum. Huwa elimina l-kontaminazzjoni tad-drenaġġ mhux ipproċessat ta’ xtut u bajjiet bir-ramel popolari, b’mod partiolari Għajn Tuffieħa Bay, Ġnejna Bay, Anchor Bay u Paradise Bay. Ġie ffinanzjat permezz tal-ħames Ftehim tal-Protokoll Taljan. Dan l-impjant ukoll ftit li xejn kellu impatt viżiv fuq l-ambjent tal-madwar.
L-impjant tat-trattament f’Ta’ Barkat ħdejn ix-Xgħajra
Dan l-impjant jista’ jittratta madwar 60 000 metru kubu kuljum. Ġie ddisinjat madwar proċess tat-trattament bil-filtru b’mezz fiss biex tiġi minimizzata l-impronta tal-installazzjoni flimkien mal-vantaġġi operattivi ta’ din is-sistema. Dan l-impjant huwa partikolari wkoll, billi huwa mgħammar b’diġestjoni anerobika tal-ħama sabiex tiġi rkuprata l-enerġija mill-bijogass, tiġi minimizzata d-dipendenza tal-impjant fuq il-grlija nazzjonali matul operat normali u fil-każ ta’ qtugħ fil-provvista tad-dawl. L-impjant Ta’ Barkat ġie ffinanzjat mill-Programm tal-Fond ta’ Koeżjoni tal-2007-2013 tal-UE b’rata ta’ kofinanzjament ta’ 85 % finanzjament mill-UE u 15 % finanzjament lokali.
Dan elimina t-tniġġis tal-kosta fil-Kalkara, ix-Xgħajra, Marsascala u Marsaxkokk u għaldaqstant tejjeb il-kwalita tal-ilma għall-għawm.
Is-Sistema tad-Drenaġġ ta’ Malta f’Numri