L-Ilma ta’ taħt l-art
Fl-2015, il-WSC ipproduċiet 31.2 miljun metru kubu (cu/mt) ta’ ilma tajjeb għax-xorb f’Malta u Għawdex. Madwar 13.4 miljun (43 %) cu/mt ġew prodotti minn diversi sorsi tal-ilma ta’ taħt l-art, prinċipalment mill-Istazzjon tal-Ippumpjar f’Ta’ Kandja li huwa serje ta’ gallariji tal-ilma taħt l-art, xi wħud minnhom ta’ tul ta’ 8 km, li jinsabu 100 m taħt l-art.
Gallariji tal-Ilma f’Ta’ Kandja
Jiġu prodotti ftit aktar minn 13-il miljun metru kubu fis-sena minn sorsi ta’ taħt l-art, fejn is-sors ewlieni huma l-gallariji tal-ilma ta’ taħt l-art f’Ta’ Kandja. Dawn il-gallariji tal-ilma huma 97 metru taħt l-art u jirradjaw bħall-imagħżel ta’ rota għal eluf ta’ metri. Hemm ukoll 12-il stazzjon tal-ippumpjar oħra u 134 spiera minn fejn jiġi estratt l-ilma.
Il-Gallariji tal-Ilma ta’ Taħt l-Art f’Ta’ Kandja jinstabu fil-limiti tas-Siġġiewi. Dan kien l-aħħar stazzjon tal-ippumpjar li nbena u tlesta fl-1963. Jikkonsisti minn netwerk ta’ 6.2 km ta’ gallariji tal-ilma min-netwerk ta’ 42 km ta’ dawn il-gallariji tal-ilma li jinstabu taħt il-gżira Maltija.
Ir-Reverse Osmosis
Il-produzzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art, madankollu, mhijiex biżżejjed biex tissodisfa d-domanda u dan ifisser li l-Korporazzjoni trid tikkonverti l-ilma baħar f’ilma tajjeb għax-xorb ta’ livell għoli ta’ purità fit-tliet impanti tar-Reverse Osmosis tagħha f’Pembroke, fiċ-Ċirkewwa u f’Għar Lapsi, u tħalltu mal-ilma ta’ taħt l-art. Barra minn hekk, il-wiċċ tal-ilma taħt l-art huwa affettwat minn estrazzjoni illegali, u dan jirriżulta biex is-salinità tiegħu togħla sa livelli mhux aċċettabbli, li ġġiegħel lill-WSC iżżid il-produzzjoni tal-ilma tar-Reverse Osmosis. Dan jippermetti t-tnaqqis tal-produzzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art bħala persentaġġ tal-produzzjoni tal-ilma globali.
Fl-2015, ftit anqas minn 18-il miljun metru kubu (58 %) ta’ ilma ġie prodott mill-impjanti tar-Reverse Osmosis. cu/mt.
Il-Ħażna u l-Kontroll
Din it-taħlita tinħażen fl-24 ġibjun f’Malta, Għawdex u Kemmuna li għandhom kapaċità totali ta’ 400 000 metru kubu. Il-produzzjoni, it-trasferiment u l-ħażna tal-ilma huma kollha kkontrollati u mmonitorjati f’ħin reali permezz ta’ telerilevament mill-Kamra ta’ Kontroll ibbażata f’Ħal Luqa. Il-livelli, ir-rati tal-fluss u l-pressjonijiet tal-ġibjun jinżammu f’parametri tal-operat ottimi fil-ħinijiet kollha.
Id-Distribuzzjoni
Is-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma hija netwerk vast u kumpless ta’ aktar minn 2 136 km ta’ pajpijiet, pompi, ġibjuni, valvi manwali u komponenti oħra li jwasslu ilma tajjeb għax-xorb sikur u ta’ kwalità tajba fil-vit tiegħek.
Dan in-netwerk iwassal għal madwar 142 000 konnessjoni tas-servizz tal-ilma lejn id-djar, in-negozji, l-industriji, il-lukandi, l-iskejjel, eċċ., u jservi aktar minn 420 000 persuna fil-Gżejjer Maltin kollha.
Il-Kwalità
Il-kwalità u s-sigurtà tal-ilma li nipproduċu huma kontinwament ikkontrollati mil-laboratorju li ġie akkreditat b’mod sħiħ kemm mill-Korp Nazzjonali ta’ Akkreditament tal-Awtorità tal-Istandards ta’ Malta (Malta Standards Authority) kif ukoll mill-United Kingdom Accreditation Services (UKAS). Kull sena jinġabru aktar minn 5 100 kampjun li fuqhom jitwettqu madwar 54 500 test fiżiku, kimiku u batterjoloġiku.
It-Tnaqqis fit-Tnixxija
Parti importanti ħafna tal-ħidma tagħna hija mmirata lejn it-tnaqqis fid-domanda tas-sistema jiġifieri l-ammont ta’ ilma li jidħol fis-sistema tad-distribuzzjoni mill-ġibjuni u l-impanti tar-reverse osmosis tagħna. Matul dawn l-aħħar sin, programm ta’ kontroll aggressiv tat-tnixxijat, li juża tagħmir tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, irfina prattiċi u politiki tax-xogħol. Dan ippermetta lill-Korporazzjoni tnaqqas l-ilma totali prodott tul dawn l-aħħar snin. Is-sena 2015 ingħalqet b’valur medju ta’ Indiċi ta’ Tnixxija Infastrutturali (ILI) ta’ 1.91,meta mqabbel ma’ 1.94 miksub fl-2014. Dan jittraduċi ruħu f’valur medju ta’ 395 metru kubu kull siegħa ta’ tnixxija, meta mqabbel ma’ medja ta’ 407 metri kubi kull siegħa ta’ tnixxija rreġistrata matul l-2014, li kienet sena rekord.
Għall-finijiet tat-tqabbil biss, it-tnixxija fl-1995 kienet 4 000 metru kubu kull siegħa b’ILI korrispondenti ta’ 20.
Il-WSC hija kkunsidrata bħala eżempju tal-“Aħjar Prattika” ta’ kontroll tat-tnixxija minn kumpaniji oħra tal-ilma