Il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli iżżur ix-xogħolijiet li qed isiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma marbuta mat-tkabbir tan-network tan-New Water fit-Tramuntana ta’ Malta.

 

“Il-Gvern huwa impenjat li jwassal aktar ‘New Water’ lil aktar bdiewa biex ikunu jistgħu jużawh għat-tisqija. Fil-fatt, dan l-investiment tal-Korporazzjoni se jwassal biex in-network jikber aktar, u aktar bdiewa jkunu jistgħu jibbenefikaw minnu. B’dan il-mod qed naraw ukoll li l-bdiewa jistgħu jużaw l-għelieqi tagħhom biex ikabbru aktar ħxejjex u frott,” saħqet il-Ministru Miriam Dalli.

 

Hija llum żaret ix-xogħolijiet li qed isiru l-Imġarr b’rabta ma’ dan il-proġett. Huma madwar 443 il-bdiewa fit-Tramuntanta ta’ Malta li preżentement qed jibbenefikaw minn dan l-ilma. Permezz ta’ dan it-tkabbir fin-network, huwa mistenni li n-numru jiżdied għall-700.

Il-Kap Eżekuttiv tal-WSC, Ivan Falzon flimkien mal-Ministru Miriam Dalli

It-tkabbir fin-Network fl-Imġarr, b’investiment ta’ €2 miljun mill-fond ta’ Koeżjoni tal-UE, se jkun qed jara sitt kilometri ta’ pajpijiet ta’ New Water jiġu nstallati, u 51 dispenser minn fejn il-bdiewa jistgħu jieħdu l-ilma għat-tisqija tal-għelieqi tagħhom. B’sistema innovattiva, il-bdiewa jingħataw karti elettroniċi biex jieħdu l-ilma fi proporzjon mal-ammont ta’ art li jaħdmu, u l-ammont ta’ ilma li jieħdu huwa mmarkat.

 

Dan it-tkabbir qed isir ukoll f’Għawdex u fin-Nofsinhar ta’ Malta.  F’Għawdex huwa mistenni li n-numru ta’ bdiewa li jibbenefikaw minn dan l-ilma se jiżdied minn 330 għal 420. Fin-nofsinhar ta’ Malta, fejn il-proġett huwa wieħed loġistikament iktar kumpless u wiesgħa, huwa mistenni li madwar 700 bidwi jibdew jagħmlu użu minn dan l-ilma fiż-żmien li ġej. Hawnhekk ix-xogħol qed isir grazzi għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

 

“In-New Water qed ikun sors ta’ ħajja għall-bdiewa tagħna,” tenna l-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni, Ivan Falzon. 

 

Sa mill-bidu tan-New Water fl-2017, mijiet ta’ bdiewa bdew jibbenefikaw minn provvista ta’ ilma b’salinità baxxa biex b’hekk twalet il-ħajja tal-ħxejjex u l-produzzjoni kienet akbar u varjata.  Fil-fatt, ħafna bdiewa bdew ikabbru aktar minn prodott wieħed u dan minħabba li n-New Water m’għandux impatt negattiv fuq il-fertilità tal-ħamrija.

 

Il-bdiewa qegħdin ukoll jimminimizzaw l-istress fuq l-akwifer kkawżat mill-estrazzjoni tal-borehole, aggravata minn nuqqas ta’ xita fl-aħħar snin. Għaldaqstant qed ngħinu biex l-akwifer jimtela maż-żmien.

 

In-New Water huwa ttrattat fi tliet fażijiet – ultra-filtrazzjoni, reverse osmosis, u ossidazzjoni avvanzata. Dan it-trattament fi tliet fażijiet huwa tabilħaqq rivoluzzjonarju, u Malta hija fost il-mexxejja dinjin fil-qasam, bħall-Iżrael u Singapore li qed jutilizzawh. Il-kwalità ta’ dan l-ilma hija ogħla mill-istandards tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) u tgħaddi minn sistema ta’ ttestjar rigoruz fil-laboratorji tal-Korporazzjoni.

 

 

Related articles

The Water Services Corporation and the Union of WSC Professionals Sign a New Collective Agreement

The Water Services Corporation (WSC) has proudly signed a new Collective Agreement with the Union of Water Services Corporation Professionals (UWSCP), covering […]

Read More

WSC Awarded the Energy Globe Award 2023

The Water Services Corporation is proud to announce its achievement in receiving the esteemed Energy Globe Award 2023 for Malta. This recognition, […]

Read More

First Green Bonds in Malta listed on Malta Stock Exchange

On Wednesday morning, Malta’s first green bond, issued by ClearFlowPlus plc, a subsidiary of the Water Services Corporation, celebrated its first listing […]

Read More
WSC Green Bonds

WSC Launches Malta’s First-Ever Green Bonds

  Luqa, Malta – 25 July 2023 – The Water Services Corporation (WSC) today announced the launch of Malta’s first-ever Green Bonds. […]

Read More