Wara l-aġġudikazzjoni tal-proċess tas-sejħa għall-offerti, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ffirmat uffiċjalment il-kuntratt ta’ €33.15 miljun, eskluża l-VAT, għad-disinn, il-bini, l-ittestjar, u l-ikkummissjonar ta’ proġett ta’ titjib importanti fl-Impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ f’Iċ-Ċumnija.

Dan l-investiment jimmarka pass importanti fit-tisħiħ tat-trattament tad-drenaġġ fir-reġjun tat-Tramuntana ta’ Malta.
Wara li l-approvazzjoni unanima tal-Awtorità tal-Ippjanar ġiet assigurata, il-proġett issa jinsab fl-istadju tad-disinn. Wara t-tlestija ta’ din il-fażi, ix-xogħlijiet se jibdew fix-xhur li ġejjin. Il-proġett se jinkludi sistemi avvanzati ta’ kontroll tal-irwejjaħ umiżuri ta’ mitigazzjoni tal-istorbju, biex jiġi żgurat li l-impjant jopera f’armonija mal-inħawi ta’ madwaru.

It-titjib se jżid ukoll il-produzzjoni ta’ New Water, u b’hekk ikompli jipprovdi lill-bdiewa b’sors affidabbli ta’ ilma rkuprat, filwaqt li jnaqqas id-domanda fuq l-ilma tal-pjan.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Karl Cilia, stqar li dan il-proġett jirrappreżenta investiment responsabbli u li jħares ’il quddiem fejn tidħol l-infrastruttura tad-drenaġġ ta’ Malta. “Issa li l-proċess tas-sejħa għall-offerti tlesta u l-kuntratt ġie ffirmat, aħna lesti li nibnu faċilità moderna li tipprijoritizza l-kwalità tal-ilma, il-ħarsien tal-ambjent, u l-benesseri tal-komunità. Dan il-proġett se jiżgura operazzjonijiet aktar nodfa, aktar kwieti, u aktar effiċjenti f’Iċ-Ċumnija.”

Dan l-investiment jifforma parti mill-Pjan ta’ Investiment Nazzjonali ta’ €377 miljun tal-KSI, li hu immirat lejn it-tisħiħ tal-infrastruttura tal-ilma u tad-drenaġġ madwar Malta u Għawdex


Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli enfasizzat l-importanza ta’ dan l-investiment għall-ambjent.

“Dan il-proġett juri kif nistgħu ntejbu l-infrastruttura essenzjali tagħna filwaqt li nirrispettaw l-ambjent naturali. Billi niżguraw effluwent trattat ta’ kwalità ogħla, nimminimizzaw l-irwejjaħ, u nnaqqsu l-istorbju, qed inħarsu l-komunitajiet talmadwar u l-ħabitats naturali, filwaqt li nippromwovu l-użu sostenibbli mill-ġdid tal-ilma.”

Related articles

Xogħlijiet Maġġuri fl-Impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ f’Għawdex

Il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma se twettaq xogħlijiet estensivi ta’ manutenzjoni u titjib fl-Impjant ta’ Trattament tal-drenaġġ f’Għawdex matul ix-xahar ta’ Novembru 2025. Matul […]

Read More

Rinnovazzjoni tal-Ġibjun tan-Naxxar

dIl-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) qed tagħti bidu għal proġett infrastrutturali kritiku mmirat biex itejjeb l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema talprovvista tal-ilma tan-nazzjon. Dan […]

Read More
New Water South

MEDIA RELEASE – IL-PROĠETT TAN-NEW WATER FIN-NOFSINHAR MIEXI KIF IPPJANAT

Dan l-aħħar inġiebet għall-attenzjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, li s-Sur Peter Agius xerred fuq il-midja soċjali kummentarju dwar l-operat tal-Korporazzjoni b’informazzjoni mhux veritiera. […]

Read More

SEJBA TA’ QABAR LI JMUR LURA AKTAR MINN 2000 SENA

  Waqt xogholijiet li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed twettaq fin-naħa t’isfel ta’ Malta viċin iż-Żejtun, instab qabar Puniku li jmur lura aktar […]

Read More