Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) qed tagħti bidu għal proġett infrastrutturali kritiku mmirat biex itejjeb l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema talprovvista tal-ilma tan-nazzjon. Dan l-investiment, li jiswa qrib it-€3 miljun, huwa parti minn inizjattiva akbar biex jiġu rinnovati l-assi u l-ġibjuni kritiċi tagħna – bħall-ġibjuni ta’ Ħal Luqa u n-Naval, li diġà ġew rinnovati – bħala parti mill-Pjan ta’ Investiment Nazzjonali (NIP) tagħna.

Il-ġibjun tan-Naxxar se jiġi mtejjeb biex tiġi indirizzata tnixxija kronika, tiġi mibdula l-istruttura tas-saqaf tal-konkos li għandna ż-żmien, jiġu mibdula kolonni ta’ sostenn interni, u jitpoġġew pajpijiet tal-ħruġ akbar. Dan it-titjib huwa essenzjali biex tinżamm l-integrità u l-effiċjenza tassistema tal-provvista tal-ilma. Il-ġibjun, mibni fl-1938, serva bħala parti kruċjali mill-infrastruttura tal-ilma ta’ Malta għal għexieren ta’ snin sal-lum stess.

L-Ewwel Fażi ta’ din l-impriża essenzjali hija mistennija litifrex fuq tmien ġimgħat, u hu antiċipat li titlesta sa nofs Marzu 2025. Matul dan il-perjodu, se jinbena ħajt ta’ sostenn biex jaqsam il-ġibjun eżistenti, sabiex tiġi rrestawrata s-saħħa tan-netwerk tad-distribuzzjoni u l-provvista ta’ ilma mill-imsemmi ġibjun kemm jista’ jkun malajr. Sa dakinhar, il-ġibjun tan-Naxxar se jkun dekummissjonat temporanjament.

Naxxar Reservoir Interior - Photo by Steven Mallia

Mit-22 ta’ Jannar 2025, il-KSI se tibda tbiddel is-saqaf u l-elementi strutturali kollha filwaqt li żżomm il-ħajt storiku eżistenti tal-perimetru tal-ġibjun tan-Naxxar, komponent vitali fin-netwerk tad-distribuzzjoni tal-ilma tal-gżira.

 

Biex tkun żgurata l-kontinwità tal-provvista tal-ilma, it-timijiettekniċi tagħna ilhom xhur jaħdmu fuq pjan ta’ kontinġenza, li bih il-parti ċentrali ta’ Malta se jkolla l-provvista tal-ilma ġejja direttament mil-linji ta’ produzzjoni tagħna.


Il-klijentitagħna jistgħu jesperjenzaw pressjoni baxxa tal-ilma matul l-ewwel tmien ġimgħat tal-operazzjoni. Madankollu, il-KSI stabbiliet miżuri komprensivi biex tiżgura li l-kwalità tal-ilma ma’ tkunx kompromessa. Il-ġibjun se jkun bypassed, u l-ilma se jiġi fornut  direttament mill-ġibjuni ta’ Ta’ Qali, biex jinżammu l-istandards għoljin ta’ kwalità u sigurta.

“Aħna nibqgħu sodi fl-impenn tagħna li niżguraw l-ogħla standards ta’ kwalità u servizz għallklijenti stmati tagħna,” iddikjara l-Kap Eżekuttiv tal-KSI Karl Cilia. “Dan il-proġett jenfasizza ddedikazzjoni tagħna għall-eċċellenza infrastrutturali u l-pożizzjoni proattiva tagħna biex niżguraw futur tal-ilma sostenibbli għal Malta.” Barra minn hekk, pannelli solari b’kapaċità massima ta’ 600kWp se jiġu installati fuq is-saqaf tal-ġibjun fuq spazju ta’ 3,000 sqm. Dan ħa jkompli jsaħħaħ l-impenn tagħna għas-sostenibbiltà.

Related articles

Iffirmat Kuntratt ta’ €33 Miljun għat-Titjib tal-Impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ f’Iċ-Ċumnija

Wara l-aġġudikazzjoni tal-proċess tas-sejħa għall-offerti, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ffirmat uffiċjalment il-kuntratt ta’ €33.15 miljun, eskluża l-VAT, għad-disinn, il-bini, l-ittestjar, u l-ikkummissjonar ta’ […]

Read More

Xogħlijiet Maġġuri fl-Impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ f’Għawdex

Il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma se twettaq xogħlijiet estensivi ta’ manutenzjoni u titjib fl-Impjant ta’ Trattament tal-drenaġġ f’Għawdex matul ix-xahar ta’ Novembru 2025. Matul […]

Read More
New Water South

MEDIA RELEASE – IL-PROĠETT TAN-NEW WATER FIN-NOFSINHAR MIEXI KIF IPPJANAT

Dan l-aħħar inġiebet għall-attenzjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, li s-Sur Peter Agius xerred fuq il-midja soċjali kummentarju dwar l-operat tal-Korporazzjoni b’informazzjoni mhux veritiera. […]

Read More

SEJBA TA’ QABAR LI JMUR LURA AKTAR MINN 2000 SENA

  Waqt xogholijiet li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed twettaq fin-naħa t’isfel ta’ Malta viċin iż-Żejtun, instab qabar Puniku li jmur lura aktar […]

Read More